Paula Mifsud Bonnici – One News

Notifiki

9,725 applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija f’ħames snin

 Mill-2010 sa Frar li għadda, id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza rċieva total ta’ 9,725 applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija.

Meta wieġeb mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici, il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici qal li minn dawn, 1,994 applikazzjoni għadhom qed jiġu pproċessati.

Aqra aktar

Ma tikkundannax l-attakki lejn Demarco

Donnu ħadd ma jrid jikkundanna l-attakki fil-konfront tal-Viċi Kap Nazzjonalista Mario Demarco. Wara li Simon Busuttil qal biss li ma kellux reazzjoni, id-deputat nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici li tikkontesta l-elezzjoni fuq l-istess distrett ta’ Demarco wkoll ma kkundannatx l-attakki fuq il-Viċi Kap. Dan l-għada li Demarco stess irreġixxa għall-attakki li saru fuqu.

Aqra aktar

Skont Paula Mifsud Bonnici, “il-Gvern kien rieqed u stenbaħ”

Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia qal li l-gvern għadda mit-test tal-Caritas għax fil-budget wera li ta aktar mill-ħtiġijiet li semmiet l-istess organizzazjzoni biex jonqsu n-nies fil-periklu tal-faqar.

Waqt li kien jagħlaq id-diskussjoni dwar il-voti tal-ministeru tiegħu, il-Ministru qal li gvernijiet Laburisti minn dejjem ħadmu favur iż-żgħir u għenuh iqum fuq saqajh.

Huwa qal li għall-gvern laborista l-faqar mhux perċezzjoni u ħadem biex dan jonqos, bħal ma turi l-istatistika li f’din il-leġislatura dawk li jgħixu fil-faqar naqsu b’madwar 5,000. Bil-miżuri li ħa l-Gvern, il-faqar se jkompli jonqos.

Aqra aktar

Tpoġġi l-kliem f’ħalq il-Caritas

Ix-Shadow Minister Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici iddeċidiet tpoġġi kliem f’ħalq il-Caritas. Dan fi stqarrija li fiha qalet li “minkejja l-ħafna pompa ta’ Joseph Muscat u l-Ministri tiegħu dwar miżuri lil dawk l-aktar vulnerabbli, l-budget ta’ nhar it-Tnejn li għadda, u li kien indirizzat anke dalgħodu f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministri Edward Scicluna u Michael Farrugia, jfalli, b’mod konkret, il-Caritas test dwar il-faqar”.

Iżda b’mod totalment kuntrarju għal dak li qalet Mifsud Bonnici, id-Direttur Ġenerali tal-Caritas, Leonid McKay, iddeskriva l-baġit għas-sena d-dieħla bħala pass importanti biex iż-żgħir ikun mgħejjun. “Dan il-baġit niġbru f’sentenza waħda: il-vuċi taż-żgħir qed tinstema’,” qal McKay.

Sewgi l-filmat li fih toħroġ imxejjna għal kollox il-kritika ta’ Mifsud Bonnici.

Aqra aktar

Jgħidu li żdied il-faqar u m’għandhomx provi

Il-Partit Nazzjonalista rreaġixxa dalgħodu għar-rapport tal-Caritas li wera iktar persuni qed ilaħħqu mal-baskett tal-ħajja anke jekk għad hemm sfidi x’jingħelbu.

Ċentrali fir-reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista kien hemm il-messaġġ li żdied il-faqar, anke jekk ir-rapport tal-Caritas jinnota mod ieħor.

Saħasitra f’paġna 20 tar-rapport huwa nnota kif saħansitra naqsu dawk f’ċaħda materjali. Għalhekk kienet naturali l-mistoqsija dwar min fejn ġabu t-tagħrif. Għal Robert Cutajar it-tagħrif ġabu mill-manifest tal-Partit Laburista tliet snin ilu.

Aqra aktar

Paula ddejqet

Ix-shadow minister Paula Mifsud Bonnici qalet li ddejqet bil-mistoqsijiet dwar l-iskandlu tal-Viċi-Kap Nazzjonalista, Mario De Marco. Dan meta l-ġurnalista Nicole Buttigieg staqsiet jekk hi ratx l-irċevuti li l-Kap Nazzjonalista qal li De Marco ppubblika. It-tweġibda ta’ Mifsud Bonnici hija waħda minn sensiela li se jixxandru llejla f’ONE NEWS u ntukom garanzija li din mhix l-iktar tweġiba kkulurita.

Aqra aktar

Send this to a friend