pastizzi – One News

Notifiki

Il-pastizz tal-Fenech

Le ta! X’kull waħda, kemm intom ħamalli jaqq, kemm ma niflaħkomx ‘aqq għall-maduma! Mhux dak! God forbid, marelli! Umbgħad in a napkin! Il-pastizz li tkażat bih Her Royal Qrusaness, typical Misis Bucket (Bouqué, Bouqué) Ann Fenech (Fené,Fené). Ma kienx pastizz! L-ewwelnett ilni ma nikteb x’għarukaża mill-Halowijn u kellu jkun il-pastizz ta’ Ann biex qajjimni fuq tiegħi ħa nerġa nibda. Ilni nwiegħed lil Janice tlett xhur li se nkompli nikteb. Ma kienx pastizz tas-serkin! Iddur fuq fejsbuk, ħlief il-pastizz ta’ Ann mhux qed isemmu.

Aqra aktar

Ann Fenech tinsisti… ma kienx post addattat

 

Il-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, Ann Fenech, għadha qed tibqa’ żżomm mal-pożizzjoni oriġinali tagħha. Dik li l-Prim Ministru ma kellux jieħu Prim Ministri oħra għand ħanut tal-pastizzi jdewwaqhom it-togħma bnina ta’ prodott Malti.

Aqra aktar

Ann Fenech għand is-Serkin

Il-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, Ann Fenech, telgħet għand is-Serkin fl-aħħar ħinijiet. Hemm poġġiet fil-post li ddeskriviet bħala ‘crude’ meta ftit tal-jiem ilu mar il-Prim Ministru Malti flimkien ma’ Prim Ministri oħra Ewropej.

Aqra aktar

“LOW CULTURE GĦAX MALTI?”

Fost attivitajiet politiċi u ġrajjiet oħra, l-jum tal-Ħadd kien ikaratterizzat minn kumment dwar jekk ħanut tal-pastizzi hux ta’ livell għoli biżżejjed biex jilqa’ nies importanti bħal Prim Ministri.

Dan wara kumment fuq Facebook, fejn il-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Ann Fenech tkażat għax il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien ma’ martu u Prim Ministri oħra marru għand tal-pastizzi. Post li sejħet ‘common’ u ‘crude’.

Aqra aktar

Il-bejgħ tal-pastizzi jaf żdied, imma interessanti x’qed jiġri bil-qarabagħli u l-patata

Bejn Ġunju u Diċembru tal-2016, il-volum ta’ frott u ħaxix frisk mibjugħ fi swieq lokali ammonta għal 17.6 miljun kilogramma, li jfissru €10.3 miljuni.

Dan ifisser tnaqqis ta’ 10.9%, filwaqt li l-valur tal-prodott wholesale żdied b’4.% fuq l-istess perjodu fl-2015. Naqset notelvolment il-provista tal-qarabagħli, b’27.3%. Il-patata naqset b’24.9% u d-dulliegħ naqas b’25.1%, filwaqt li l-ħass naqas b’14.9%.

Skont l-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-ammont ta’ frott frisk mill-art Maltija naqas b’46.8%, bl-eċċezzjoni tar-rummien, li żdied b’1.4%. Dan riżultat tan-nuqqas ta’ xita li għamlet.

 

Ann Fenech u l-‘pastizz on a paper napkin’

Angela Merkel, spontanjament, marret tiggosta ftira Maltija fi stabiliment żgħir, tipiku ta’ pajjiżna.

Il-Prim Ministri tal-Belġju, Slovenja u Lussemburgu ma ddejqu xejn jiggostaw ikel Malti f’ambjent Malti.

Bosta ġurnalisti li ħadmu hawn Malta dawn l-aħħar jiem intlemħu jżuru ħwienet tat-te, jesperjenzaw is-sempliċita’ u l-ġenwinita’ Maltija.

Iżda Ann Fenech tħossha kemxejn superjuri, u għaliha li bniedem jiggosta dak li hu Malti huwa ‘common’ u ‘crude’.

Aqra aktar

Ikla pastizzi bejn il-Prim Ministri

Messaġġ ikkumplimentat b’ritratt fuq il-profil ta’ Twitter tal-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat juri lill-Prim Ministru nnifsu flimkien ma’ martu Michelle Muscat u  Prim Ministri oħrajn jieklu ikel tradizzjonali Malti, il-pastizzi flimkien ma’ tazza tè.

 

 

Ritratt: DOI – Omar Camilleri

Froda lil min kien ifornih bil-pastizzi

Sid ta’ ħanut tal-pastizzi fil-Marsa intbagħat 38 xahar ħabs wara li froda lil min kien ifornih bil-pastizzi. Inizzjalment, l-akkużat Derrick Schembri ta’ tletin sena kien qed iħallas bla problemi lil Mario Kitcher iżda imbagħad kien hemm xi ċekkijiet li ma issarfux u Schembri għamel tajjeb għalihom bi ħlas ta’ flus kontanti.

Aqra aktar

Residenti mheżża bl-isplużjoni

L-isplużjoni ta’ dalgħodu f’Ħal Luqa għalkemm ma darbet lil ħadd affettwat numru ta’ residenti. Il-ħemda li Ħal Luqa kienet għaddejja minnha wara jiem ta’ festa fil-ġimgħa li għaddiet, intemmet meta fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu seħħew numru ta’ splużjonijiet f’ħanut tal-pastizzi. Kienet xena li twaħħxek, b’residenti li ntlaqtu direttament mill-konsegwenzi li ħalliet l-isplużjoni tkellmu magħna.Aqra aktar

Splużjonijiet għand tal-pastizzi

Il-ħemda tal-lejl inbidlet f’ħoss ta’ splużjonijiet f’Ħal Luqa, hekk kif gass li ħareġ minn ċilindru wassal għall-problemi f’ħanut tal-pastizzi.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ meta b’kollox seħħew tliet splużjonijiet għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ dalgħodu. Ir-residenti li jgħixu f’appartamenti fuq il-ħanut kienu evakwati.

Ħaddiema tat-tifi tan-nar ikkontrollaw is-sitwazzjoni imma xejn ma jnaqqas mix-xokk dalgħodu. Infatti waħda mill-ħaddiema waslet il-ħanut u spiċċat imbikkma xħin rat din ix-xena quddiemha.

It-triq ewlenija tar-raħal tinsab magħluqa. Fuq il-post hemm Pulizija esperti u nies li nġabru bilkemm jistgħu jemmnu kif inqered il-ħanut.

Aqra aktar

Send this to a friend