passaport – One News

Notifiki

Se jkollna passaport Malti aktar avvanzat

Ġie fi tmiemu l-proċess ta’ stampar tal-ewwel lott ta’ karta sigura li se tkun qed tintuża għall-passport il-ġdid. Pass li jfisser li aktar tard din is-sena, iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin se jkollhom passaport Malti ġdid fost l-aktar avvanzati. Ħabbret dan is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli waqt żjara li għamlet fl-uffiċċju ewlieni tal-kumpanija De La Rue f’Basingstoke u l-fabbrika li tipproduċi l-karta, Portals De La Rue, f’Bathford ir-Renju Unit.Aqra aktar

Passaport speċjali mingħand Heritage Malta se jdaħħal lil uliedek fil-mużewijiet kollha mingħajr ħlas

L-istudenti kollha li jattendu l-iskejjel primarji u sekondarji kollha se jibda jkollhom l-opportunità, flimkien ma’ żewġ adulti, li jżuru l-mużewijiet u siti storiċi ta’ Heritage Malta b’xejn.

Dan se jsir permezz ta’ card u passaport, maħruġa minn Heritage Malta, għall-istudenti kollha. L-istudenti se jingħataw il-card mill-iskola, u l-passaport jista’ jinġabar fl-ewwel żjara f’sit jew mużew ta’ Heritage Malta.

Wara ċertu numru ta’ żjarat, l-istudenti se jkollhom aċċess speċjali għal ċertu siti li rari jinfetħu għall-pubbliku. It-tnedija ta’ dan il-passaport speċjali saret fiċ-Ċentru għal Viżitaturi tat-Tempji ta’ Ħaġar Qim.Aqra aktar

Raġel ta’ 21 sena akkużat li ta l-passaport lil ħaddieħor

Raġel ta’ wieħed u għoxrin sena kien akkużat li ta l-passaport Albaniż tiegħu lil ħaddieħor.

Jurgen Teluli, li huwa residenti s-Swieqi, kien akkużat li ta d-dokumenti ta’ identifikazzjoni lill-persuni terzi u li ħadem illegalment f’Malta waqt li kien qed jistudja.

It-talba għall-ħelsien mill-arrest ġiet miċħuda.

Il-passaporti Maltin se jkunu kollha biometriċi

Sal-aħħar ta’ din is-sena hu mistenni li kull passaport validu jkun biometriku. 

Dan se jagħmilha possibli biex filwaqt li tiżdied is-sigurtà ta’ dan id-dokument tant importanti, iċ-ċittadini Maltin ikunu jistgħu jużaw faċilitajiet awtomatiċi f’diversi ajruporti internazzjonali. Aqra aktar

Min joffri kontribut eċċezzjonali lil Malta jista’ jieħu ċittadinanza

Barranin li jistgħu joffru kontribut siewi fl-oqsma tax-xjenza, ir-riċerka, l-isport, l-arti u il-qasam tal-kultura se jkunu jistgħu jsiru ċittadini Maltin.

Meta ntroduċa l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, l-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonniċi qal li din il-liġi qed iddaħħal triq oħra biex isiru Maltin dawk il-barranin li jgħollu l-livell f’dawn l-oqsma.

Biex ikunu eliġibbli, dawn il-barrani jridu jkun wettqu servizzi eċċezzjonali għar-Repubblika ta’ Malta jew lill-umanità, jew li n-naturalizzazzjoni tiegħu hi ta’ interess eċċezzjonali għar-Repubblika ta’ Malta.Aqra aktar

Ġie Malta b’dokumenti foloz

Serb ta’ 41 sena kien ikkundannat disa’ xhur ħabs sospiżi għal sentejn wara li ammetta li daħal Malta b’dokumenti foloz.

Huwa wasal Malta l-Ġimgħa b’titjira mill-Bulgarija u mill-ewwel kontrolli tal-Pulizija tal-Immigrazzjoni rriżulta li kellu dokumenti foloz.

Id-Difiża irrimarkat li l-akkużat ikkollabora mill-ewwel mal-awtoritajiet u ammetta fi stadju bikri. Qalet ukoll li lest iħalli Malta immedjatament jekk il-Qorti tikkundannah għal sentenza sospiża.

Huwa se jinżamm taħt detenzjoni sakemm jaqbad titjira lura lejn pajjiżu l-Ħadd.

Send this to a friend