Partit Nazzjonalista – Page 79 – One News

Notifiki

Ebda garanziji li m’assistewx klijenti ‘maħmuġin’

Il-kumpanija EMD Advisory Services li f’Panama Papers dehret bħala l-iktar kumpanija Maltija b’assoċjazzjoni ma’ kontijiet f’ġurisdizzjonijiet meqjusa bħala ‘tax havens’ ma setgħet tagħti ebda garanzija li fost it-72 kumpanija li assitiet m’hemmx uħud li s-sors tal-fondi tagħhom huwa lleċtu.

Dan wara mistoqsijiet ta’ ONE NEWS b’reazzjoni għal dritt ta’ risposta li l-kumpanija ta’ oħt Richard Cachia Caruana bagħtet fl-aħħar jiem.

L-EMD qaltilna li qatt ma assistiet persuni esposti politikament (PEPs). Iżda, r-reazzjoni ta’ ONE NEWS kienet immedjata. Staqsejna kif nistgħu noqogħdu fuq din id-dikjarazzjoni meta dawn it-72 kumpanija, il-maġġoranza tagħhom reġistrati fil-British Virgin Islands, ma nafux ta’ min huma.

Aqra aktar

Tonio Fenech ma’ kumpaniji f’Ġurisdizzjonijiet Sigrieti

 

L-eks Ministru Nazzjonalista Tonio Fenech jaħdem għall-kumpaniji b’sidien irreġistrati f’ġurisdizzjonijiet sigrieti bħal British Virgin Islands (BVI) u Jersey. Dan jirriżulta mid-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu li analiżi dettaljata tagħhha saret fil-maltatoday. L-istess gazzetta rrapportat kif mill-Kabinett, Tonio Fenech spiċċa fil-prattika privata ma’ eks uffiċjali tal-Bank of Valletta ftit wara li l-Partit Nazzjonalista tilef l-elezzjoni ġenerali.

Aqra aktar

Telefonati li ma swew xejn

It-telefonati mid-Dar Ċentrali ma swew xejn. L-aptit għat-tielet protesta fuq l-istess suġġett ma kienx hemm u l-attenda tas-Sibt filgħodu uriet. Anke għax illum il-każ huwa magħluq bil-passi li ħa l-Prim Ministru. Intant, Michael Briguglio ma ddejjaq xejn li kien hemm sforz b’telefonati mid-Dar Ċentrali biex persuni jattendu l-protesta tas-Sibt filgħodu organizzata mis-“soċjeta ċivili.”

Aqra aktar

Uffiċjali tal-PN jipprotestaw il-Belt

Uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista, fosthom is-Segretarju Ġenerali Rosette Thake u numru ta’ deputati inġabru fil-Belt Valletta biex jipprotesta kontra l-koruzzjoni favur it-trasparenza u l-etika. Hija protesta organizzata minn grupp li jgħid li jirrappreżenta s-soċjeta ċivili dik li ġabret lejn Bieb il-Belt numru ta’ ftit mijiet maġġoranza tagħhom persuni li kienu fiż-żewġ protesti li organizza l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar xhur.

Ara r-ritratti tal-‘folla’.

Aqra aktar

Jaqblu li se jaħdmu kontra Leo Brincat

Simon Busuttil indika li anke fin-nomina ta’ Leo Brincat għall-Qorti tal-Awdituri jistgħu jaħdmu kontra Malta.

Dlonk wieġbu l-partitarji Nazzjonalisti. Fuq ir-radju tal-Partit qalu li jekk ma jerġax jgħamel hekk il-partit ikun bla sinsla.

Isma’ dak li qalu hawn.

Aqra aktar

Simon Busuttil qal lil De Marco biex ma jitlaqx

Il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Mario De Marco, ikkonferma llejla li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qallu biex ma jitlaqx.

Dan waqt intervista fil-programm Xarabank illejla li kif żvela one.com.mt iktar kmieni matul il-jum saret minn Mark Laurence Zammit.

Mistoqsi dwar id-dikjarazzjoni tal-awtur tar-rapport tat-telfa tal-Partit Nazzjonalista, Simon Mercieca, dik li Busuttil kellu jitfgħu l-barra, De Marco żvela għall-ewwel darba li l-Kap talbu biex jibqa’.

Dik tal-lejla kienet intervista oħra li ħalliet ħafna mistoqsijiet.

Aqra aktar

Vażun, stupid cow, fażola minfuħa, jaqq

Ikun hemm min jinġabar f’dik li jrid isejħilha protesta nazzjonali biex jgħajjar lil ġurnalisti tal-ONE kemm jiflaħ. Kliem li mhux ta’ min jirrepetih hawn.  Ikun hemm min imbagħad jattendi ċelebrazzjoni ta’ nhar l-ewwel ta’ Mejju – jum dedikat għall-ħaddiem, mingħajr ma jdejjaq lil ħadd.

Umbad ikun hemm min iħossu komdu jgħajjar lil ħaddieħor b’dan il-mod.

Aqra aktar

Skomdi dwar l-iskema ta’ self sigriet

Fid-dawl li l-Partit Nazzjonalista ħa deċizjoni interna li l-iskema ta’ dejn sigriet titħaddem kif kien ippjanat oriġinarjament, id-deputati qed ikunu skomdi jwieġbu dwarha. Inkella jgħidu li m’għandhomx dettalji, jew saħasitra jgħidu  li l-isem mhux se jinżamm sigriet għax se jkun jaf bih il-Partit Nazzjonalista.  

 

Charlie ż-Żubina ma’ Simon Busuttil

Fl-aħħar jiem żvelajna kif fil-folla li dawwret lil Simon Busuttil quddiem il-Qorti kien hemm persuni b’kondotta xejn tajba, fosthom Tonio Zampa. Zampa kien ma’ dawk li qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali waqqfu nies li kien hemm ma’ Jeffrey Pullicino Orlando milli jidhlu d-Dar Ċentrali.

Iżda, ma kienx hu l-uniku wieħed li sa snin riċenti kien imsejjaħ jidher quddiem il-qorti. Mal-folla organizzata mid-Dar Ċentrali kien hemm ukoll Charles Mangion, magħruf bħala ż-Żubina.  Wara ġuri ż-Żubina kien instab ħati ta’ qtil ta’ Spanjol fl-1975, wara li iktar kmieni kien instab ħati t’attentat ta’ qtil.  Kien sa riċenti li Mangion spiċċa l-Qorti għaliex għandu rasu sħuna.

Fil-fatt weħel sitt xhur sospiżi għal sena u nofs wara li hedded lill-eks deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlandu u li d-deputat Deborah Schembri. Saħansitra kien qal li lest joqtol lil Pullicino Orlando filwaqt li jagħmel ħsara wkoll lill-eks Ministru Jesmond Mugliett.

Jirriżulta li Simon Busuttil m’għandu ebda problema bil-preżenza taż-Żubina tant li mhux biss issejjaħ ikun quddiem il-Qorti, iżda jidher f’bosta attivitajiet oħra tal-Partit Nazzjonalista.  Partit li qed isaħħan l-irjus tant li nies minn tiegħu spiċċaw attakkaw lill-ġurnalisti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Daphne Caruana Galizia tikkordina mal-media internazzjonali

Il-blogger Daphne Caruana Galizia hija fdata mill-Partit Nazzjonalista biex tikkordina hi l-messaġġ tal-partit barra minn pajjiżna.

Dan bħala parti mill-istrateġija maqbula fid-29  ta’ Frar, li wieħed mill-għanijiet ewlenin tagħha huwa li ssir ħsara lill-Gvern u lil Malta b’mod internazzjonali.

F’dinja ddominata mill-internet huwa naturali li aħbar bħal dik tal-mass meeting li sar il-Ħadd li għadda tinqabad minn xi aġenziji tal-aħbarijiet internazzjonali.   Aqra aktar

Send this to a friend