Partit Nazzjonalista – Page 7 – One News

Notifiki

Delia jaqbel ma’ Portelli dwar passi kontra deputati

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qabel mal-eks Kap tal-midja tal-Partit Nazzjonalista Pierre Portelli li jrid li jittieħdu passi fil-konfront ta’ deputati tal-fazzjoni Busuttil għax qed jibqgħu juru biċ-ċar li ma jridux jaħdmu b’mod kollettiv miegħu u t-tmexxija u jridu jkomplu jagħmlu l-ħsara.

Aqra aktar

Għaxar deputati tal-PN jitolbu għar-riżenja ta’ Adrian Delia minn kap

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia affaċċja aktar talbiet għar-riżenja tiegħu waqt il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari tat-Tlieta filgħaxija. Laqgħa li damet għaddejja aktar minn ħames sigħat.

Is-sit elettroniku tal-gazzetta MaltaToday irrapporta kif aktar minn għaxar Membri Parlamentari Nazzjonalisti talbu għar-riżenja ta’ Delia, jew li tal-anqas jitlob għal vot ta’ fiduċja fil-Kunsill Ġenerali. L-artiklu jżid jgħid li dan jikkontradixxi dikjarazzjoni ta’ Delia stess li m’hemmx talbiet biex hu jwarrab mill-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Jason Azzopardi kontra d-deċiżjoni tal-Gvern li jissospendi l-permessi ta’ twaqqigħ u skavar

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ħareġ jattakka d-deċiżjoni tal-Gvern li jissospendi b’mod immedjat il-permessi għat-twaqqigħ u skavar. Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar dan il-Ħamis wara li ġġarrfet binja fil-Gwardamangia, fejn b’xorti tajba ħadd ma’ weġġa’.

Id-deċiżjoni għaqlija tal-Gvern ma niżlet xejn tajjeb ma’ Azzopardi, tant, li fuq il-profil personali tiegħu ta’ Facebook, iddeskriva d-deċiżjoni tal-Gvern bħala ‘azzjoni popolista’.

Puli jattakka lil Busuttil b’Marlene – daħħalitna l-lifa f’ħobbitna

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli ħareġ jattakka lill-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, li meta kien Kap tal-partit għamel koalizzjoni ma’ Marlene Farrugia. Puli xerred filmat ta’ Marlene Farrugia fuq l-ispalla tgħid kliem dispreġjattiv dwar il-Partit Nazzjonalista. Dan wassal biex Clyde Puli jattakka lil min iddeċieda li jġib lil Marlene Farrugia fil-Partit Nazzjonalista. Botta diretta lejn Simon Busuttil.Aqra aktar

Puli u Casa f’konfront dirett

Konfront dirett u jaħraq fil-laqgħa tal-grupp parlamentari tal-Partit Nazzjonalista kien dak bejn l-ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa, u s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli.

Casa huwa urtat għax ma tħallix Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew u postu ħaditu Roberta Metsola. Casa jidher li ħalef li lit-tmexxija u l-grupp ta’ Delia ma jagħtihomx nifs.  Fil-fatt fil-laqgħa tal-grupp parlamentari Nazzjonalista dwar it-telfa ta’ Mejju li għadda Casa allega li t-tmexxija ma riditux elett.Aqra aktar

Mill-grupp tal-PN: Said urtat b’Mifsud Bonnici

Fost l-argumenti li qamu f’laqgħa tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista li saret ilbieraħ reġa’ kien hemm ieħor ma’ Chris Said. Id-Deputat Għawdxi li fl-aħħar ġimgħat kien iebes fi kliemu kontra l-Kap Adrian Delia jidher li kien imwarrab meta l-PN ġie biex jieħu l-pożizzjoni tiegħu dwar l-emendi fuq il-ħatra tal-Avukat Ġenerali. Saħansitra, Chris Said qal li jħossu mweġġa’ bil-fatt li kien injorat u l-anqas ikkonsultat dwar x’pożizzjoni għandu jieħu l-Partit Nazzjonalista fuq il-bidliet li qed jipproponi l-Gvern.

Fil-fatt, f’isem il-PN fil-Parlament, tkellem fit-tul Carm Mifsud Bonnici, eks Ministru tal-Ġustizzja li llum huwa l-kelliem ewlieni għall-Affarijiet Barranin. Mifusd Bonnici huwa qrib ħafna ta’ Adrian Delia u kien il-bniedem li ġie kkonsultat meta Delia keċċa għal ftit żmien lil Simon Busuttil mill-grupp parlamentari.

Fil-fatt fil-Parlament kien l-istess Mifsud Bonnici li tkellem fit-tul u ħabbar li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista se tivvota kontra minkejja li Chris Said huwa r-rappreżentant tal-PN fuq kumitat għall-bidliet tal-kostituzzjoni.
Dan kien biss battibekk wieħed minn laqgħat li tant kienet taħraq li kellha tiġi aġġoranta għal lum. Bl-aħbar ewlenija tkun li din kienet laqgħa inkonklussiva li li ma waslet għal imkien.

Send this to a friend