Partit Laburista | One News - Part 7

Notifiki

L-IDEAT se tiftaħ akkademja politika

Il-Fondazzjoni iDEAT, it-think tank tal-Partit Laburista f’dawn l-aħħar xhur imbarkat fuq proġett ambizzjuż, politiku u edukattiv, dak li tinfetaħ akkademja politika. L-għan ta’ din l-akkademja se jkun sabiex għall-ewwel darba f’pajjiżna jkun hawn ċentru ta’ studji politiċi li esklussivament joffri korsijiet f’diversi temi varji b’relazzjoni mal-politika għal dawk interessati li jwessgħu l-għarfien tagħhom fil-politika u dawk li qegħdin jaspiraw li jkun uta’ servizz fil-politika.

Aqra aktar

Trasport b’xejn għall-istudenti fl-iskejjel kollha – Gvern li jżomm kelmtu

Il-ftehim milħuq dwar it-trasport għall-istudenti fl-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti, kif ħabbar il-Gvern fl-aħħar baġit ippreżentat, ifisser li issa kull student għandu l-faċilità ta’ trasport xejn għall-iskejjel tiegħu.

Dan huwa Gvern li jżomm kelmtu.

Il-Partit Laburista spjega li t-trasport b’xejn għall-istudenti tal-Knisja u dawk Indipendenti mhux biss jikkonferma l-impenn tal-Gvern sabiex jasal fuq sfidi bħat-traffiku li mhumiex intrinsikament marbuta mal-edukazzjoni, iżda fuq kollox ikkonferma, jekk kien hemm il-bżonn, fl-impenn mingħajr preċedent fil-qasam tal-edukazzjoni minn dan il-Gvern.Aqra aktar

Il-PL japprova l-ewwel kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew  

L-eżekuttiv nazzjonali tal-Partit Laburista approva l-ewwel grupp ta’ kandidati għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tas-sena d-dieħla.

Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li l-ewwel kandidati approvati wara li ssottomettew in-nomina tagħhom uffiċjalment huma Felix Busuttil, Josef Caruana, Miriam Dalli, Cyrus Engerer, James Grech, Alex Saliba u Joe Sammut. Iktar kandidati jkunu approvati fil-ġimgħat li ġejjin.

L-ewwel grupp ta’ kandidati jindika li għall-elezzjoni tas-sena d-dieħla, il-Partit Laburista se jkollu l-aqwa għażla biex il-Maltin u l-Għawdxin ikunu rappreżentati bl-aħjar mod fil-Parlament Ewropew.Aqra aktar

Il-PN partiġġjan fejn suppost jirrenja l-interess nazzjonali  

L-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista dwar is-sitwazzjoni fil-Libja turi li l-Partit immexxi minn Adrian Delia reġa’ mhux jitlef okkażjoni waħda biex ikun partiġġjan. Fi stqarrija, il-Partit Laburista nnota li f’ċirkostanzi fejn hu importanti li l-pajjiż ikun magħqud u fejn għandu jirbaħ l-interess nazzjonali, il-Partit Nazzjonalista għażel it-triq tal-konfront b’argumenti bla bażi.Aqra aktar

Trasport marittimu nadif jgħin l-ambjent u s-saħħa tan-nies – L-MEP Miriam Dalli u l-Ministru Evarist Bartolo

It-tniġġis minn inġenji tal-baħar hemm bżonn li jkun indirizzat f’qasir żmien partikolarment għal gżira bħal Malta. B’dan il-mod biss inkunu qed naċċertaw kwalità ta’ arja u saħħa aħjar fil-gżejjer tagħna. L-MEP Miriam Dalli u l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qalu dan wara li raw kif jaħdem luzzu elettriku. Dan il-luzzu li jaħdem bl-elettriku ġie żvilluppat wara proġett li studenti mill-Fakulta tal-Inġinerija mill-Universita ta’ Malta għamlu flimkien ma’ kumpaniji privati.Aqra aktar

Il-PL isellem lill-Professur Anġlu Psaila

Il-Partit Laburista jsellem il-memorja tal-Professur Anġlu Psaila li jibqa’ mfakkar l-iktar għall-kontribut tiegħu fil-qasam mediku. Il-Professur Psaila mhux biss kien jispikka għall-għerf tiegħu iżda wkoll għall-mod kif dan l-għerf kien jipprova jxerrdu fost il-pubbliku b’mod partikolari permezz tal-media. Fil-fatt għal snin twal ikkontribwixxa u saħansitra mexxa programmi fuq l-istazzjonijiet ONE.Aqra aktar

Partit maqtugħ min-nies

B’Adria Delia kap il-Partit Nazzjonalista baqa’ maqtugħ minn nies bħalma kien fi żmien il-Kap ta’ qablu. Fil-fatt, Adrian Delia kellu l-wiċċ jgħid li l-iktar minn €11–il miljun li se jmorru fil-bwiet tan-nies f’dawn il-jiem huma daħk fil-wiċċ. Biex bħal esponenti oħra fil-Partit Nazzjonalista, fosthom il-Viċi Kap Arrigo, ħareġ jattakka din ir-rifużjoni tat-taxxa li qed tingħata lill-familji Maltin.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Il-PM b’sinjal b’saħħtu favur il-ħarsien tal-liġi – jitkellem dwar il-Marsa

Il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li f’Malta kulħadd irid josserva l-liġi u saħaq li kulħadd irid ikun rispettuz tal-mod kif jgħixu l-Maltin u l-Għawdxin.

Il-Prim Ministru tkellem dwar id-diżappunt li esprimew miegħu nies mill-Marsa u l-madwar minħabba nuqqas ta’ dixxiplina f’postijiet mifutħa f’dan il-lokal. Qal li xorta kien hemm każi ta’ ġlied u qal li dawn mhumiex aċċettabbli u fuq dan dan irid jinbgħat sinjal b’saħħtu.

“Ittieħdet azzjoni mill-ewwel. Kien hemm żieda fil-preżenza tal-pulizija fil-Marsa u l-akwati li ħalliet riżultati,”

“Jien inkun irrabjat irrispettivament jekk humiex Maltin jew barranin. Tlabt lill-forzi tal-ordni u l-forzi tas-sigurtà biex jieħdu l-miżuri kollha neċċesarji biex juru li affarijiet bħal dawn ma jistgħux iseħħu, jidentifikaw min huma dawn il-persuni u jiġu arrestati u jitressqu l-Qorti malajar kemm jista’ jkun,”

Aqra aktar

Delia ċeda għall-klikka ta’ Busuttil

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, mar jitkellem dwar in-nirien fil-Magħtab mingħajr ma mqar segwa d-dettalji li taw l-uffiċjali tal-Wasteserv. Dan għax kien kostrett iċedi għall-klikka ta’ Simon Busuttil li meta n-nar kien għadu fl-aqwa tiegħu ġew jaqgħu jqumu mis-sigurtà tan-nies u ħarġu jgħamlu argumenti politiċi partiġjani.

Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li konsegwenza tad-dikjarazzjonijiet mgħaġġla biex jgħoġob l-estremisti għal darb oħra l-Kap tal-Oppożizzjoni ħareġ ta’ politiku opportunist u dilettant.Aqra aktar

“Il-partiġjaniżmu qabel is-sigurtà tan-nies”- il-PL

Hija tal-mistħija kif esponenti ewlenin tal-Oppożizzjoni għażlu li jkunu partiġġjani f’mument sensittiv fejn il-membri tal-protezzjoni ċivili kienu qed jissieltu biex jitfu nirien kbar fil-Magħtab.

Fi stqarrija, il-Partit Laburista nnota kif minflok kliem ta’ appoġġ għal dawn il-ħaddiema, u minflok xerrdu l-appelli li ħarġu awtoritajiet diversi favur is-saħħa tan-nies, il-Kelliem għall-Ambjent, Jason Azzopardi u kelliema oħra tal-PN, bħal Beppe Fenech Adami u Simon Busuttil, kienu mhedija jiktbu messaġġi politiċi partiġjani.

Meta għandhom l-anqas jafu x’ġara kienu lesti biex jgħajru l-gvern u esponenti tiegħu.Aqra aktar

Send this to a friend