Partit Laburista | One News - Part 6

Notifiki

“Il-PN għad irid iwieġeb ta’ għemilu”- il-PL

Il-Partit Nazzjonalista għad irid iwieġeb dwar il-każ tal-invoices foloz. Filwaqt li l-Partit Laburista jinnota l-istqarrija tal-Gvern dwar is-sentenza kostituzzjonali, huwa ċar li sa issa hemm konklużjoni waħda li hi ċara kristall u tispikka iktar minn kollox. Din hi dik li l-Partit Nazzjonalista jieħu kull pass li jista’ biex jaħbi t-taħwid tiegħu.Aqra aktar

“Karol Aquilina kellu jressaq mozzjoni biex jiskuża ruħu”- Il-PL

Kien ikun aħjar li kieku d-Deputat Nazzjonalista, Karol Aquilina, ressaq mozzjoni biex jiskuża ruħu wara li għal xhur sħaħ,kien parti mill-ikbar gidba politika fl-istorja ta’ pajjiżna. L-inkjesta dwar Egrant tikkonferma li dak li ntqal fuq il-Prim Ministru ma kien xejn għajr kampanja ta’ ħmieġ u gideb li donnu Karol Aquilina għad għandu qalbu marbuta magħha.

Il-Partit Laburista nnota li din hija wkoll mozzjoni sintomatika ta’ min jirrispetta l-istituzzjonijiet biss sakemm jaqblu miegħu.Aqra aktar

Partiġġjani minflok ifittxu l-ġid komuni

Il-President tas-Sezzjoni Kunsilliera tal-Partit Laburista, Mario Fava, ikkundanna l-aġir partiġġjan tad-deputati Jason Azzopardi u Robert Cutajar quddiem il-bżonn li jibqa’ jkun immaniġjat aħjar is-settur tal-iskart.

Hu argumenta li għalihom u l-Partit Nazzjonalista,il-politika partiġjana tiġi qabel l-interess u l-ġid komuni. Fava kien qed jitkellem b’rabta mal-mozzjoni li ressqu nhar it-Tlieta fil-Parlament dwar avviż legali marbut mas-settur. Aqra aktar

L-inkjesta Egrant tħammar wiċċ il-Partit Nazzjonalista ta’ Adrian Delia

Minkejja l-insistenza proċedurali tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-kopja sħiħa tal-inkjesta Egrant, kif diġa’ kien talab li jsir il-Prim Ministru sa mill-ewwel ġurnata, il-ħafna diskors dwar il-kawża li fetaħ il-Qorti ma jneħħi xejn mill-fatt li din l-inkjesta dwar Egrant, tħammar wiċċ il-Partit Nazzjonalista ta’ Adrian Delia, li issa għamel il-gidba dwar il-familja tal-Prim Ministru, tiegħu.

Aqra aktar

Ħidma biex l-istazzjon ONE ikollu OB Unit ġdid bl-aktar teknoloġija avvanzata

Ftit sigħat qabel ONE jibda bl-iskeda tal-ħarifa, il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Randolph De Battista tkellem dwar l-investiment massiċċ li qed jagħmel l-istazzjon ONE.

Quddiem folla mdaqqsa għatxana biex tisma’ l-messaġġ tal-Prim Ministru fl-ewwel attività politika tal-Partit Laburista f’din il-ħarifa, Randolph De Battista saħaq li ONE se jkollu OB Unit ġdid li jxandar b’sistema 4K.

Aqra aktar

Delia l-ewwel wieħed li ma jimportahx

Inutli titkellem fuq soċjetà li jimportaha jekk meta jkollok is-saħħa tara li s-soċjetà tibgħat dan il-messaġġ, taġixxi l-kontra. Il-Partit Laburista nnota li Adrian Delia llejla reġa’ kkonferma li jekk hemm xi ħadd li ma jimportahx mill-vulnerabbli huwa hu. Dan meta ddefenda l-vot tiegħu kontra l-liġi tal-vjolenza domestika.Aqra aktar

Send this to a friend