Partit Laburista – Page 51 – One News

Notifiki

Sors ġdid ta’ kapital għal Start Ups

Imniedi fond innovativ li se jgħin lil Start Ups jiksbu sors ta’ kapital biex l-ideat innovattivi tagħhom jieħdu l-ħajja. L-inizjattiva, bl-isem ta’ ‘Seed Investment Scheme’, li se tibda topera minn Awwissu li ġej se tagħti investitaturi li jinvestu f’kumpaniji li għadhom se jifħtu jew li ilhom inqas minn tlett snin li fetħu, kreditu ta’ 35% fuq it-taxxa. Dan il-kreditu jitla sa massimu 250,000.
Aqra aktar

Imġienen

Hemm min jgħidlek li l-liġijiet li daħħal dan il-Gvern huma ġennata sħiħa. Ġennata għax il-Gvern qed jintrabat b’mod iebes ħafna li l-operat tiegħu, il-mod kif jaħdem, ikunu ddedati minn sett ta’ regoli li huma impenjattivi.

Ħafna jgħidulek, iva kien hemm għalfejn li ndaħħlu jew biex ikun korrett, noqgħodu niddiskutu l-liġi tal-istandards fost l-oħrajn, wara 25 sena li fihom ma sar xejn? Kif se nitrabbtu b’liġi din it-tip propju aħna f’nofs leġislatura, mank tajna ċans li jintemm il-mandat, imbagħad bħal ma kien jiġri qabel, naraw x’jiġri wara.

Kien hemm bżonn il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti?, u jekk kien hemm verament bżonnha kif ma kienx hemm il-finanzjament mill-istat kif kien ippropona l-PN? Kif daħlet il-liġi tal-whistleblowers u  t-tneħħija tal-preskrizzjoni? Għalfejn qed isir ir-riforma fil-lands? U l-aħħar iżda mhux l-inqas, għalfejn qed niftħu front ieħor mal-forzi konservattivi tal-pajjiż bit-tneħħija tal-vilifikazzjoni tar-reliġjon, liġi li ilha fis-seħħ mill-1933 u d-dikriminilizazzjoni tal-pornografija, għajr dik estrema?

Aqra aktar

Nisa Laburisti mhux sodisfatti bl-istatistika dwar l-IVF

Nisa Laburisti rreaġixxew għall-istatistika dwar l-IVF f’pajjiżna.

Fl-2015 f’Malta saru 311 ċiklu ta’ IVF, li kien ifisser żieda ta’ 82.9% fuq l-2014, meta saru 170 ċiklu. Is-sena li għaddiet, għall-ewwel darba, saret l-introduzzjoni tal-IVF b’xejn fl-isptar Mater Dei.

In-Nisa Laburisti nnotaw li l-istatistika turi li r-rata ta’ twelid mill-IVF f’Malta hija terz taħt il-medja Ewropea ta’ 30%.

Aqra aktar

Rekord ieħor għat-turiżmu

Il-bieraħ irrappurtajna kif fl-ewwel sitt xhur tas-sena, l-ajruport internazzjonali ta’ Malta rreġistra żieda ta’ 10% fin-numru ta’ passiġġieri li għaddew minnu. Illum, statistika tal-uffiċju nazzjonali tal-istatistika ikkonferma rekord ieħor tul ix-xaħar ta’ Mejju.

Aqra aktar

Oppożizzjoni li tiskot meta tintalab opinjoni

“Deborah Schembri qaltli li ma tajniex proposti. Li hu tagħha intihula: tagħtna l-abboz xahar ilu u nirringrazzjaha”.

Kliem li tenna x-shadow Minister Ryan Callus fil-Parlament, dwar is-skiet tal-Oppożizzjoni meta kienet ikkonsultata dwar l-att li se jwaqqaf l-Awtorità tal-Artijiet. Illum dan qed ikun diskuss fl-istadju ta’ tieni qari.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva Deborah Schembri qalet li l-liġi għaddiet għand l-Oppożizzjoni aktar minn xahar ilu, iżda ma waslet ebda forma ta’ risposta.

Dan mikejja kemm il-Partit Nazzjonalista rikeb il-karru tal-ambjentalisti kull meta kien propost żvilupp ewlieni f’pajjiżna u minkejja kemm għajjat li dan il-Gvern għandu jimxi b’mod differenti fejn tidħol l-użu tal-art.

Aqra aktar

Il-Qorti tikkundana l-politika ta’ gideb ta’ Simon Busuttil

Minkejja li llum il-Qorti f’deċiżjoni li tat ikkundanat il-politika ta’ gideb tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, l-istess Busuttil ma wera assolutament l-ebda tip ta’ diċenza fejn mhux biss ma rrispettax id-deċiżjoni tal-Qorti, iżda lanqas talab apoloġija tal-gideb li xerred hu u l-media tiegħu.Aqra aktar

Send this to a friend