Partit Laburista – Page 47 – One News

Notifiki

Dan il-Gvern ma jieħux lezzjonijiet minn min iqis il-faqar bħala perċezzjoni

Li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma qabadx art fuq l-ekonomija hija evidenti, qal il-Partit Laburista fi stqarrija.  Iżda li Simon Busuttil ma jafx jaqra statistika li ħarġet dwar il-faqar u li fiha huwa ċar kif il-faqar naqas għat-tieni darba konsekuttiva taħt dan il-Gvern, turi li Simon Busuttil simply doesn’t get it.

Fuq kollox turi kemm huwa bitter, li ma jiflaħx jara dan it-tnaqqis.

Aqra aktar

“Jibqa’ jimbotta politika tal-passat – politika elitista”

Id-dikjarazzjoni li għamel illum id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, li taħt il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern tkun kburi li inti Malti u taħt Gvern Laburista tistħi tgħid li inti Malti, tikkonferma l-politika ta’ Simon Busuttil, li jimbotta ‘l quddiem il-politika ‘ta’ aħna u huma’, politika li l-poplu rema’ ‘l barra tliet snin ilu fl-aħħar elezzjoni.

Stqarr dan fi stqarrij l-Partit Laburista. Qal li din diġa hija t-tieni konferma f’ġimgħa waħda biss, hekk kif aktar kmieni matul din il-ġimgħa l-pressjoni li huwa mdawwar biha l-Kap tal-Oppożizzjoni, waslet biex ħa deċiżjoni ħazina, li wasslet għal vot kontra Malta.

Aqra aktar

Busuttil parti mill-elite

Ir-reazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni għal aħbar li l-Awtorità tal-Ippjanar iddeċidiet li tipposponi d-deċiżjoni dwar il-liċenzji tal-fish farms, tikkonferma mhux biss li l-istess Busuttil qed jiddefendi lil min iniġġeż, iżda li agħar minn hekk, qed jaħdem kontra l-interess tan-nies.

Aqra aktar

Attakk ieħor mill-PN fuq l-istituzzjonijiet

B’reazzjoni għall-allegazzjonijiet dwar tixħim fl-għoti ta’ viżas mediċi, il-Partit Laburista stqarr li Beppe Fenech Adami qed jilagħbha tal-‘judge and jury’. Din tikxef viżjoni ta’ partit politiku li jindaħal saħansitra fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija.

Aqra aktar

L-Oppożizzjoni tkompli bl-attakki tagħha

Il-Kap tal- Oppożizzjoni jagħżel li jerġa’ jattakka l-istituzzjonijiet ewlenin ta’ pajjiżna. Wara li attakka għal diversi drabi l-Kummissarju tal-Pulizija, l-Awtorita tax-Xandir, il-Qorti Kostituzzjonali, u saħansitra l-ġudikatura għax jippretendi li hu jagħżel il-ġudikanti li jisimgħu l-kawżi, issa kien imiss li jattakka l-Financial Intelligence Analysis Unit u ċ-Chairman tiegħu li hu l-Avukat Ġenerali.

Aqra aktar

Casa jitgħajjar wara li ma weġibx għal stediniet

David Casa, ħareġ jgħid li t-tħejjijiet għal Presidenza tal-Unjoni Ewropea minn pajjiżna, huma dilettanteski. Dan għax fi stqarrija qal li ma kienx mgħarraf b’laqgħat li saru f’setturi marbuta ma’ kumitati li hu membru tagħhom hu. Il-kritika ta’ Casa kienet diretta lejn il-Ministeru ta’ Helena Dalli. Biex ftit tas-sigħat wara rriżulta li kien hu li m’attendiex għal stediniet li sarulu.

Aqra aktar

Send this to a friend