Partit Laburista – Page 45 – One News

Notifiki

“Busuttil jibqa’ bil-politka ta’ firda u rabja fl-aħħar intervent qabel tagħlaq is-sena”

Fl-aħħar intervent tiegħu qabel tagħlaq is-sena, il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla b’mod sistematiku għaddej bil-politka ta’ firda u rabja li ilu għaddej biha sena sħiha anke fuq avvenimenti Nazzjonali li bla dubbju ser jagħqdu lil dan il-pajjiż, qal hekk il-Partit Laburista fi stqarrija.

Il-PL qal li llum fetaħ front ta’ firda anke dwar il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fejn qed idaħħal anke l-partiġġjaniżmu fuq livell Ewropew filwaqt li kompla jikxef il-bitterness għall-fatt li l-Presidenza se tkun fi żmien meta Prim Ministru tal-pajjiż għandna lil Joseph Muscat fil-Gvern.

Aqra aktar

Maratona ġbir ta’ fondi b’risq il-Partit Laburista

Matul il-ġurnata tal-Ħadd, il-Partit Laburista għaddej b’maratona ġbir ta’ fondi fil-kumpless ONE. Din hija l-ewwel sena, li din il-maratona qed tittella fil-Marsa, bl-għan li l-pubbliku jkun jista’ jsegwi mill-qrib l-operat tal-istazzjon televiż u tar-radju ta’ ONE HD.
Aqra aktar

Tkompli l-arroganza ta’ Simon Busuttil

Filwaqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed ikompli jikkonferma kemm ma jeżisti l-ebda rispett lejn l-istituzzjonijiet għajr meta jiddeċiedu xi ħaġa li togħġbu, ma’ kull jum li jgħaddi qed ikompli jippersisti fl-arroganza, l-istess arroganza li l-poplu vvota kontriha fl-aħħar elezzjoni ġenerali waqt li huwa kien Viċi Kap u parti mill-Gvern sfiduċjat.
Aqra aktar

“Din il-ġimgħa tatna enerġija ġdida” – JM

“Din il-ġimgħa tatna enerġija ġdida, din il-ġimgħa wasslet biex nies li forsi kellhom xi dubji jerġgħu lura, biex ikollna sitwazzjoni fejn kulħadd jifhem li dan hu gvern tal-għeruq li beda mal-poplu u jibqa’ mal-poplu.”

Dan kien kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat f’attivitá politika f’Ħal Kirkop.

Aqra aktar

“Wasal iż-żmien għal rivoluzzjoni oħra” – JOSEPH MUSCAT

Fiċ-ċentru Laburista ta’ San Ġwann, il-Prim Ministru fetaħ id-diskors tiegħu billi tkellem dwar ir-rispett li pajjiżna igwadanja internazzjonlament, lil hinn minn xtutna, u kif dan il-Gvern qed jirnexxilu jasal fl-ogħla livelli.

Lokalment qed isir investiment qawwi, fosthom bir-riforma fil-qasam tal-enerġija, bil-miġja ta’ kontijiet orħos ta’ dawl u ilma u l-qalba mill-aktar żejt li jagħmel ħsara lis-saħħa u l-ambjent.  Fil-qasam tas-saħħa, dan il-Gvern qed jinvesti fi sptar rinovat minflok Saint Lukes. Se jinbedna sptar totalment ġdid f’Għawdex, li permezz tiegħu se tkun attirata Università barranija. Dan ifisser kura b’xejn tal-aqwa kwalità lill-Għawdxin u kif ukoll titjib għar-rota eknomika Għawdxija.

L-istess nies dejjem qed joħorġu kontra dan it-tip ta’ progress, osserva l-Prim Ministru. B’kuntrast, “aħna n-nies li rridu l-bidliet il-ħin kollu” kompla jgħid, u għalhekk il-moviment tal-bidla u kontra l-establishment fil-pajjiż. Kontra dan il-moviment hemm min ma jridx il-qalba għall-gass, li jbeżżgħu bl-Amerikani, bir-Russi u biċ-Ċiniżi.

Aqra aktar

“Simon Busuttil f’paniku; bla pjan fl-enerġija”

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u l-Partit Nazzjonalista jinsabu f’paniku hekk kif m’għandhomx pjan fil-qasam tal-enerġija. Agħar minn hekk, l-unika pjan li għandhom hija li nerġgħu mmorru lura għal aktar fjuwil li jħammeġ, il-heavy fuel oil li se jfisser aktar tniġġiż u aktar problemi ta’ saħħa.

Aqra aktar

Kap tal-Oppożizzjoni inkonstenti u mhux kredibbli lanqas fuq il-paga minima

Il-Kap tal-Oppożizzjoni biddel il-pożizzjoni tiegħu fuq il-minimum wage diversi drabi.

Il-Partit Laburista qal li Simon Busuttil kiteb manifest elettorali  wara l-ieħor mingħajr qatt ma semma żieda fil-minimum wage. Aparti minn hekk , fl-aħħar baġit li preżenta Gvern Nazzjonalista meta Simon Busuttil kien Viċi Kap tal-PN, il-minimum wage kienet ser tiġi intaxxata.

Issa f’temp ta’ ftit jiem wara li ġie preżentat il-baġit filli f’mistoqsijiet wara konferenza tal-aħbarijiet qal li l-minimum wage m’għandhiex tiżdied iżda għandna naraw li ħaddiema ta’ minimum wage javanżaw f’xogħol aħjar u filli malli ra r-reazzjoni tan-nies, biddel il-pożizzjoni u qal li jrid li l-minimum wage tiżdied.

Aqra aktar

Send this to a friend