Partit Laburista – Page 43 – One News

Notifiki

Oppożizzjoni li tparla, Gvern li jaġixxi fuq it-trasparenza

Minkejja l-ħafna kliem, dimostrazzjonijiet u argumenti llum huwa ċar li f’pajjiżna għandna Oppożizzjoni li titkellem biss fuq it-trasparenza, iżda min-naħa l-oħra hawn Gvern li jaġixxi.

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li  kif imwiegħed, bil-pubblikazzjoni tal-kuntratti tal-enerġija bejn illum u għada, ġew ippubblikati l-kuntratti kollha maġġuri u aktar taħt dan il-Gvern.

Aqra aktar

Tneħħija tal-libell kriminali u l-mandati, multi eħrex għall-malafama

Il-liġi l-ġdida li qed jipproponi l-gvern biex tirregola l-ġurnalisti se tfisser it-tneħħija tal-libell kriminali, li jfisser li l-midja u l-esponenti tagħħa m’humiex se jibqgħu soġġetti għall-piena ta’ ħabs fil-qadi ta’ dmirijithom.

Se jitneħħa wkoll id-dritt ta’ kull mandat fil-konfront ta’ ġurnalist responsabbli. Differenza mill-Oppożizzjoni li trid tħalli l-libell kriminali u trid tneħħi biss il-mandat fuq il-kont tal-bank.

F’konferenza tal-aħbarijiet tal-Ministri Owen Bonnici u Evarist Bartolo, intqal li dan huwa frott ħidma li bdiet fl-2014 u hija wiegħda oħra elettorali li qed titwetaq mill- Gvern. L-Att Dwar il-Media u l- Malafama li issa se jkun fi stadju tat-tieni qari se tieħu l-post tal-liġi tal-istampa tal-1974.

Aqra aktar

“Simon Busuttil artist fl-ipokrezija politika”

Ċar u dirett il-messaġġ tal-Partit Laburista dwar l-applikazzjoni ta’ Toni Bezzina biex jibni villa f’ODZ. F’konferenza tal-aħbarijiet tkellmu d-deputat Franco Mercieca u l-Ministru Edward Zammit Lewis. “Dan hu każ ieħor fejn il-PN jippriedka ħaġa u jagħmel mod ieħor,” qal Mercieca li nnota kif Bezzina applika fuq isem martu biex jinħeba. Bil-pjanti f’idejhom il-kelliema urew kif l-applikazzjoni ma kinetx għal riġenerazzjoni ta’ żewġt ikmamar kif qal Toni Bezzina.

Aqra aktar

“Xhieda ġuramentata fil-Qorti tikkonferma li Claudio Grech gideb quddiem il-PAC”

Stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista tgħid kif xhieda ġuramentata fil-Qorti minn negozjant taż-żejt li ngħata il-proklama minn Gvern Nazzjonalista fuq każ ta’ tixħim u commissions miż-żejt, George Farrugia kkonfermat li d-deputat Nazzjonalista Claudio Grech gideb f’xhieda li ta bil-ġurament quddiem il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi.

Claudio Grech meta kien mistoqsi jixhed quddiem il-PAC fuq dan il-każ, kien qal li ma ltaqax ma’ George Farrugia, iżda illum taħt ġurament fil-Qorti George Farrugia giddeb lil Claudio Grech.

Aqra aktar

“Politika biex jipprovaw jifirdu l-poplu”

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li pajjiżna miexi b’ritmu tajjeb ħafna u Simon Busuttil ma jridx jaċċetta li Malta miexja ‘l quddiem. L-unika arma li fadallu l-PN hija li jifred u jipprovoka biex mingħalih jieħu xi vantaġġ politiku. Simon Busuttil qed jagħmel dan billi juża gideb u insinwazzjonijiet u jaqa’ fl-agħar livell ta’ politka negattiva.

Il-PL temm jgħid li l-isteriżmu li qed juri Busuttil jixhed Kap tal-Oppożizzjoni f’paniku li qed jipprova jsalva ġildu.

“Busuttil jibqa’ jiddefendi lil Jason Azzopardi li l-Awditur Ġenerali qed jgħidlu jerfa’ r-responsabbiltà”

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni baqa’ għaddej bid-difiża tiegħu tal-eks-Ministru responsabbli mil-lands Jason Azzopardi li l-Awditur Ġenerali qal fir-rapport tiegħu li huwa għandu jerfa’ r-responsabiltà politika.

F’dan l-iskandlu, qal il-PL, l-Ministru responsabbli mil-Lands Jason Azzopardi, kellu żewġ laqgħat, l-ewwel mal-Marsovin sabiex titneħħa l-kundizzjoni ta’ birrerija biex l-art tkun tista’ tinxtara minn Żaren Vassalo kif maqbul f’konvenju bejn iż-żewġ kumpaniji u t-tieni fejn il-Ministru responsabbli, li Tonio Fenech stess qed jikkonferma li kien Azzopardi għax ma kienx hu, iltaqa’ ma’ Vassallo u wegħdu kompromess sabiex art ta’ €8miljuni, tħallsu għaliha €700,000 biss.

Aqra aktar

Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista protagonist mill-ġdid – jilqa’ n-nisa tal-Partit Soċjalista

Il-fergħa tan-nisa fil-Partit Soċjalista Ewropew immexxija mill-President Zita Gurmai qed ilaqqgħu l-eżekuttiv tagħhom hawn Malta għall-ewwel darba.  Il-laqgħa saret fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u kienet indirizzata mill-Prim Ministru u mexxej Laburista Joseph Muscat.

Il-Prim Ministru qal li f’dawn l-aħħar erba’ snin, trawmet attitudni fejn aktar nisa jkunu fit-tmexxija.Għat-tieni darba, għandna President mara u anke f’entitajiet oħra hemm nisa fit-tmexxija. Fakkar fil-miżura tac-childcare u qal li dawk li kritikawha qalu li tiswa l-flus. Dan ma qatax qalb dan il-Gvern, u l-miżura sarrfet f’riżultati sinnifikanti.

Aqra aktar

Mument storiku fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

Kien avveniment sinnifikanti dak li seħħ dalgħodu fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, fejn ltaqa’ l-Partit Soċjaljst Ewropew. Politiċi minn madwar l-Ewropa iddiskutew il-futur tal-Unjoni Ewropea u l-migrazzjoni b’mod partikolari.

Fl-ewwel kummenti mal-midja, il-Kap tal-Politika Barranija tal-Unjoni Ewropea Federica Mogherini qalet li dwar il-migrazzjoni, llum għandu jintlaħaq ftehim dwar drittijiet umanitarji. Anke fil-każ tal-Libja, ħajjet dawk li qed jaħarbu l-kunflitt għandha tkun imħarsa. Saħqet li l-mexxejja għandhom iħarsu lejn il-ħajjiet tal-persuni, mhux biss fuq il-baħar iżda anke fid-deżert u fuq l-art.

“Għawdex qatt ma ra l-ġid li qed jesperjenza bħalissa qabel”

Il-Partit Laburista fi stqarrija qal li minkejja n-negattività bla limitu tal-Kap tal-Oppożizzjoni l-verità hija li preżentament Għawdex qatt ma esperjenza l-ġid li qed jesperjenza bħalissa qabel; b’ħolqien ta’ impjiegi rekord, rekord ta’ investiment attirat, tkabbir ekonomiku bla preċedent u turiżmu li qed ikompli jisplodi ‘l fuq b’lukandi mimlija anke fix-shoulder months.

Aqra aktar

Send this to a friend