Partit Laburista – Page 41 – One News

Notifiki

24 siegħa silenzju, tweġiba falza

Wara 24 siegħa li saret akkuża mill-aktar serja li kumpanija kienet qed tħallas il-pagi tas-Segretarju Ġenerali u CEO tal-Partit Nazzjonalista, l-istess partit ħareġ b’attentat ta’ spjegazzjoni falza ħafna.  24 siegħa ta’ silenzju li jgħidu aktar minn din it-tweġiba falza.

Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija. Il-Partit żied jgħid:

Aqra aktar

IL-PM JURI DIFFERENZA ĊARA MINN MA’ BUSUTTIL

“Il-fatt hu li kull xahar li jgħaddi qed jirnexxilna nnaqsu n-nies qiegħda u nżidu x-xogħol f’dan il-pajjiż” qal Joseph Muscat waqt attività politika fl-Isla. Spejga li l-progress jiġi għax jittieħdu deċiżjonijiet li jsarrfu f’riżultati.

Semma s-settur turistiku, u l-fatt li f’Jannar, wieħed mill-aktar xhur diffiċli, qed jintlaħqu records ġodda.

Jekk ikun Simon Busuttil fit-tmexxija, iwaqqaf ix-xogħol u l-ekonomija. Busuttil ma jħallix il-ġid ikompli jikber u jitqassam lil min ikollu bżonn.

Iddeskriva l-atitudni tal-Kap tal-Oppożizzjoni u fakkar fil-posters ta’ qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali. Kienu messaġġi diviżorji ħafna, ħaġa li l-Prim Ministru staqsa x’kienet l-idea warajha. Il-Prim Ministru qal li din hija t-tattika ta’ Simon Busuttil, u li kien hu li daħħal l-istrateġija ta’ diviżjoni, anke fi żmien Gonzi.

Il-poplu, fil-kwiet ta’ daru, jiżen l-attitudni ta’ ‘min ma jaqbilx magħna inkeċċuh’ u jqabbilha mal-mentalità inklussiva ta’ dan il-Gvern.

‘Taf lil min ma jkeċċix il-kap tal-Oppożizzjoni?” staqsa l-Prim Ministru.

Aqra aktar

WARA R-RAPPORT TA’ INKJESTA: IL-PL IDUR FUQ BUSUTTIL

Fi stqarrija fl-aħħar minuti, il-Partit Laburista nnota kif il-Bord ta’ Inkjesta magħmul minn l-eks-Imħallef JD Camilleri bħala chairman, l-eks-Imħallef u ċ-Ċermen tal-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni Lawrence Quintano u l-eks-Imħallef Philip Sciberras ikkonkluda “twaqqfet ħesrem” investigazzjoni kriminali fuq ħasil ta’ flus fuq kumpanija li tagħha Beppe Fenech Adami kien direttur.

Dan seħħ fi żmien meta Fenech Adami kien Assistent Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u de facto ministru tal-Pulizija. “Jekk irid jitwemmen kelma oħra milli jgħid dwar responsabbilta’ politika, il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jifhem il-gravita’ ta’ dan ir-rapport u jgħid x’passi se jiehu fil-konfront tad-Deputat Kap tiegħu,” qal il-Partit Laburista.

Il-Partit Laburista żied ifakkar li l-Bord ta’ Inkjesta jgħid li din l-investigazzjoni ta’ ħasil ta’ flus li nbdiet mill-Pulizija lejn l-aħħar tat-terminu ta’ Gvern Nazzjonalista “twaqqfet ħesrem u ma tkomplietx”. Din il-kumpanija, Capital One kienet mmexxija minn kumpanija oħra, Baltimore Fiduciary Services, li kellha bħala direttur lid-Deputat Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.

Aqra aktar

Dak li qaluli biex ngħid…

Se nwassal biss il-messaġġ li qaluli biex ngħaddi. Tgħiduli qed iservi ta’ messaġġier. Iva nemmen li hekk hemm bżonn f’din iċ-ċirkustanza. Min hu m’għandux il-kuraġġ jitkellem apertament u qalli biex ngħaddi l-messaġġ jiena bil-premura li ma nsemmiex ismijiet. U hekk se nagħmel.

Ngħid mingħajr tlaqliq li din il-persuna, kienet u għadha ma taqbilx miegħi politikament u ma’ ħafna mill-qarreja ta’ dan is-sit. Pero qed naqblu fuq ħaġa waħda. Is-serenità li hawn f’pajjiżna. Qed naqblu fuq is-siegħa tajba li għaddejjin minnha n-negozji. U propju għalhekk, li din il-persuna li kienet u se tibqa’ Nazzjonalista, imma li qed tara l-partit tagħha totalment mibdul, se tivvota lil Joseph Muscat fl-elezzjoni li ġejja.

Jien nemmnu.

Aqra aktar

Ieħor fil-lista ta’ nies li se jkeċċi Busuttil

Is-sens ta’ arroganza, vendikazzjoni u superjorita’ ta’ Simon Busuttil qed tilħaq livelli rekord. Wasal biex jgħajjar lil wieħed mill-iktar persuni rispettati fil-ġudikatura Maltija, Philip Sciberras, li nħatar Imħallef minn Eddie Fenech Adami. Imbagħad għajjar lil Karm Vassallo li nħatar Brigadier ukoll minn Eddie Fenech Adami.

Aqra aktar

Strieħ fis-sliem, Nenu

Fl-età ta’ sitta u disgħin sena, is-Sibt wara nofsinhar għall-ħabta tas-sagħtejn, ħalla din id-dinja Nenu Buhagiar. Suldat tal-azzar fl-istorja tal-Partit Laburista, raġel li mar il-ħabs għall-ideali tiegħu, li ħadem mhux ftit biex l-istorja tal-istess Partit żvolġiet kif nafuha llum.

Aqra aktar

“Nibqgħu noffru l-id tal-ħbiberija minkejja t-tattika ta’ Busuttil” – JM

Minkejja li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jipprova jipprovoka, qed jipprova jħarrax lin-nies u li jrid li nerġgħu lura għall-politika tal-kuluri, tal-Partit Nazzjonalista kontra tal-Partit Laburista, għax hekk biss jista’ joffri, aħna se nibqgħu noffru l-id tal-ħbiberija.

Stqarr dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat fuq One Radio.

Aqra aktar

Send this to a friend