Partit Laburista – Page 40 – One News

Notifiki

F’mument mill-aqwa

  • ERBA’ SNIN WARA L-BIDLA FIL-GVERN
  • JISPIKKAW IL-FIDUĊJA, L-OTTIMIŻMU U S-SUĊĊESSI TAL-EWWEL DARBA

Erba’ snin wara li Joseph Muscat ħa t-tmun tat-tmexxija ta’ pajjiżna, hawn qbil ġenerali li l-pajjiż miexi ’l quddiem. Dan mhux qed jgħiduh biss l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika bħal dak tal-Eurobarometer, li jpoġġi liċ-ċittadini Maltin fost l-iktar ottimisti għall-ġejjieni tagħhom, iżda jgħiduh persuni minn oqsma differenti tal-ħajja, li l-polz tan-nies iħossuh fl-osservazzjonijiet li jagħmlu, jew iktar importanti minn hekk, b’ħidmiethom.

Il-gazzetta KullĦadd tkellmet ma’ numru ta’ persuni li l-iżvilupp ta’ pajjiżna jsegwuh mill-qrib. Fil-qosor, qalulna x’jaħsbu dwar l-ewwel erba’ snin tal-Gvern ta’ Muscat. Kollox ward u żahar? Le. Iżda, li sar titjib enormi biex Malta qiegħda f’pożizzjoni tajba li qatt ma kienet qabel, jaqblu lkoll.

Aqra aktar

755 persuna iżommu f’buthom pensjoni li kienet itteħditilhom

  • Igawdu minn bidla tal-baġit 2015

Miżura li daħlet fil-baġit għas-sena 2015 u li għall-ewwel darba bdiet tħalli pensjoni sħiħa ta’ diżabbiltà lil persuni b’diżabbiltà li joħorġu jaħdmu, qed igawdu minnha 755 persuna li għalkemm qed jaqilgħu paga li hija iktar minn dik minima xorta waħda jibqgħu jieħdu l-benefiċċju li kellhom qabel.

Meta preżenta l-baġit ta’ sentejn ilu l-Ministru tal-Finanzi kien qal: “Se nwettqu l-wegħda elettorali li jekk persuna b’diżabbiltà ssib xogħol, xorta tibqa’ tieħu pensjoni sħiħa. Sal-lum, biex dan ikun il-każ, persuna b’diżabbiltà tista’ tasal biss sa paga minima. Aħna se nneħħu din ir-restrizzjoni għaliex id-diżabbiltà ma tisparixxix mal-paga.”

Aqra aktar

Ras imb’ras?

In-numri kulħadd jinterpretahom kif irid u dak li sa ftit snin ilu kien ikun deskritt bħala rebħa elettorali kbira issa hawn min irid jgħid li hu ras imb’ras. ‘Photofinish’ kien hawn min qalilna darba.

Sena qabel l-elezzjoni ġenerali l-Maltatoday ippubblikat stħarriġ minn tagħha u ħafna kkummentaw kemm baqa’ b’saħħtu l-Partit Laburista u iktar minn hekk il-mexxej tiegħu. Oħrajn kellhom interpretazzjoni kemxejn differenti, anke jekk biex waslu għaliha kienu xi ftit kreattivi.Aqra aktar

Simon Busuttil huwa falz u meta jinqabad dahru mal-ħajt, jigdeb

Stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista 

Intervista li ta l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil lill-ġurnal The Sunday Times tkompli tikkonferma li għal Simon Busuttil il-kelma verità lanqas biss jaf fejn qegħdha fid-dizzjunarju.

F’intervista dwar il-finanzjamament tal-Partit tiegħu, Simon Busuttil għażel li jwarrab min-nofs il-verità u jkompli jigdeb bl-iktar mod sfaċċat biex jgħatti l-illegalitajiet li jsiru fil-Partit immexxi minnu.

Simon Busuttil gideb b’mod sfaċċat meta qal li d-donazzjonijiet illegali li qabżu l-mijiet ta’ eluf li rċieva l-Partit Nazzjonalista mingħand il-Grupp DB  kienu minħabba “relazzjoni kummerċjali” mal-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista.

Aqra aktar

Il-Partit Laburista jisfida lill-PN jippubblika l-invoices

  • Jistaqsi wkoll jekk hemmx relazzjonijiet kummerċjali oħra tal-istess tip

Fid-dawl tal-kriżi li ħakmet lill-Partit Nazzjonalista fl-aħħar jiem, f’konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Laburista, il-Ministru Edward Zammit Lewis u s-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri talbu biex il-Partit Nazzjonalista jippublika l-invoices tiegħu u jgħid jekk hemmx negozji oħrajn li għandom din it-tip ta’ relazzjoni mal-Partit Nazzjonalista.

Aqra aktar

FILMAT: Tifkiriet u bidliet

Kien bħal lum erba’ snin li l-poplu Malti kien imsejjaħ jivvota f’elezzjoni ġenerali. Elezzjoni ġenerali li kienet fissret għażla bejn pajjiż ta’ kulħadd u pajjiż tal-ftit.

Il-poplu kien għażel b’saħħa Malta Tagħna Lkoll fejn l-opportunitajiet ikunu għal ħafna u mhux għall-ftit, fejn il-pajjiż joħloq il-ġid u jitqassam b’ekwita fejn f’pajjiżna ma tibqax tirrenja l-politika tal-firda bejn l-aħmar u l-blu.

Fis-servizz li jmiss inġeddu ftit ħafna minn dawn il-memorji. Iżda, iktar minn hekk inħarsu wkoll lejn uħud mill-kisbiet tal-ewwel erba’ snin ta’ gvern imexxi minn Joseph Muscat. Uħud mill-ewlenin fost ħafna li kienu implimentati. Ħafna minnhom li saru għall-ewwel darba f’pajjiżna u li poġġewna fost tal-ewwel fl-Ewropa.

Aqra aktar

Hemm pagi oħra mħallsa min-negozjanti? – Partit Laburista

  • Simon Busuttil huwa falz

Fl-attentat iddisprat tiegħu li jipprova jiġġustifika l-falzita tiegħu, Simon Busuttil prova jagħti l-impressjoni li hija normalità li imprenditur iħallas il-pagi tal-ħaddiema ta’ Partit politiku. “Le, mhijiex ħaġa normali” saħaq il-Ministru Chris Fearne f’ konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Laburista.

Issa nifmhu għaliex Busuttil qal li ried lill-pajjiż jerġa’ lura għan-‘normalita’  għax in-normalità għalih tfisser propju dan qal Fearne – Simon Busuttil irid jerġa’ jieħu l-pajjiż lura għaż-żminijiet fejn il-PN kien immexxi lejn dawn it-tip ta’ interessi.

Aqra aktar

24 siegħa silenzju, tweġiba falza

Wara 24 siegħa li saret akkuża mill-aktar serja li kumpanija kienet qed tħallas il-pagi tas-Segretarju Ġenerali u CEO tal-Partit Nazzjonalista, l-istess partit ħareġ b’attentat ta’ spjegazzjoni falza ħafna.  24 siegħa ta’ silenzju li jgħidu aktar minn din it-tweġiba falza.

Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija. Il-Partit żied jgħid:

Aqra aktar

Send this to a friend