Partit Laburista – Page 39 – One News

Notifiki

CARDONA: UMLI IŻDA B’SAĦĦITNA

Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Chris Cardona, qal li l- umiltà hija parti mill-kobor tal-moviment li nbena madwar il-Partit Laburista. Għalkemm għamilha ċara li din ma tfissirx dgħjufija.

F’diskors fejn tkellem dwar il-kisbiet tal-moviment u kif fl-aħħar erba’ snin kienu mmarkat bil-kelma suċċess, Cardona tkellem dwar is-suċċess ekonomiku. “Wettaqna dak li ħafna qed jiddeskrivu bħala l-miraklu ekonomiku Malti. Mhux biss kellna l-ewwel upgrade mill-aġenziji ta’ kreditu f’20 sena, imma b’mod konsistenti rreġistrajna tkabbir ekonomiku li jiżboq kull aspettativa’,” qal Cardona li huwa wkoll Ministru tal-Ekonomija, għalkemm żied li s-suċċess ta’ dan il-pajjiż m’huwiex limitat għal ekonomija u l-finanzi.

Aqra aktar

Il-PM jiċħad qlajjiet u jappella għall-kalma

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ċaħad qlajjiet li beda jdawwar il-Partit Nazzjonalista fl-aħħar jiem u tenna li la hu u lanqas ħadd mill-familja tiegħu m’għandhom kontijiet sigrieti barra minn Malta. Però appella li quddiem dawn il-qlajjiet wieħed għandu jżomm il-kalma.

“Għamilt żball li ħallejt min jipprova jivvinta qlajjiet u domt wisq ma ċħadthom. Bdew jivvintaw li għandi kumpanija sigrietà,” qal il-Prim Ministru li tenna kif fl-aħħar snin naqas meta ma kienx qawwi quddiem qlajjiet fil-konfront tiegħu.

“Issa bdiet il-qlajja li l-mara tiegħi jew xi membru tal-familja tiegħi għandhom xi kont. Niġi hawn quddiemkom għax la jien la marti u la ħadd mill-familja tagħhna m’għandu kumpanija, la kont u lanqas ħaġa u oħra li mhumiex iddikjarati,” qal Joseph Muscat.

Aqra aktar

EMENDA APPROVATA; il-PL dejjem irrispetta l-liġi tal-finanzjament tal-partiti

Meta kienet approvata emenda fl-istatut tal-Partit Laburista li permezz tagħha tneħħa kull xkiel li seta’ kien hemm biex il-Partit Laburista jkun għal kollox konformi mal-liġi tal-finanzjament tal-partiti, l-President Daniel Micallef spjega kif il-Partit Laburista dejjem mexa mal-liġi tal-finanzjament tal-Partiti.

Micallef spjega fid-dettal lill-membri tal-konferenza ġenerali kif il-Partit Laburista dejjem irrispetta l-liġi tal-finanzjament tal-partiti u qatt ma kien hemm kwistjoni mal-Kummissjoni Elettorali. Il-Partit Laburista kien l-ewwel wieħed li mar jirreġistra u wara l-Kummissjoni Elettorali wieġbet billi qalet li l-istatu kellu xi affarijiet mhux konformi mal-liġi b’mod partikolari b’rabta ma’ x’jiġri jekk il-partit ikun xolt u kif issir id-dispożizzjoni tal-assi tiegħu.

Aqra aktar

Pika tista’ xxekkel proġett fil-Mosta

Pika interna u opportuniżmu politiku waslu biex il-Kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista fil-Mosta jieħdu attitudni li tfixkel wieħed mill-iktar proġetti bżonnjużi għal din il-lokalità; dak ta’ parkeġġ fiċ-ċentru tal-lokal.

Aqra aktar

Jingħata bidu għall-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista

llum ingħata bidu għall-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista. Konferenza mifruxa fuq ġimgħa bit-tema tkun ‘Malta ‘l quddiem għal iktar suċċess.’

L-ewwel jum tal-Konferenza Ġenerali Annwali l-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Gino Cauchi ta rendikont finanzjarju tas-sena li għaddiet lid-delegati biex wara dan jitressaq quddiem il-konferenza fis-sessjoni plenarja t’għada.

Aqra aktar

Il-ġimgħa tal-Konferenza

  • DANIEL MICALLEF JITKELLEM DWAR L-GĦANIJIET TAL-KONFERENZA ĠENERALI
  • SPAZJU GĦAD-DELEGATI TAL-PARTIT LABURISTA U GĦAS-SOĊJETÀ

Għal Daniel Micallef, il-President tal-Partit Laburista, il-ġimgħa li tibda għada hija fost l-iktar impenjattivi. Il-Partit Laburista jibda jlaqqa’ l-ogħla organu tiegħu, il-konferenza ġenerali, u l-programm għall-jiem li ġejjin huwa wieħed ambizzjuż.

Bit-tema “Malta ’l quddiem għal iktar suċċess” din il-konferenza ġenerali se tkun waħda ta’ partit li għandu l-grinta li jkompli jġib il-bidliet f’dan il-pajjiż. F’kummenti mal-gazzetta KullĦadd Micallef jagħmilha ċara li d-diskussjoni mhix waħda li tħares lura.

“Il-mozzjoni li għandna quddiemna tirrikonoxxi s-suċċess li ġab il-Gvern. Ma ninsewx li s-suċċess tal-Gvern huwa bbażat fuq il-Manifest Elettorali li kien approvat mill-istess konferenza fl-2013.

Aqra aktar

Send this to a friend