Partit Laburista – Page 37 – One News

Notifiki

“Taħwid kbir” fil-kumpaniji ta’ Simon Busuttil

Il-Ministru Edward Zammit Lewis f’konferenza tal-aħbarijiet ta ħarsa lejn ir-rapporti tal-Awdituri li saru dwar il-kumpanija li għandu l-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, li l-għan ewlieni tagħhom huwa li jirbaħ t-tenders tal-Gvern. L-Awdituri ma tawx opinjoni u qal li tant hemm taħwid li kienx f’pożizzjoni li jagħti l-opinjoni dwar dawn il-kumpaniji li minnhom Bussutil ried jieħu commissions u senseriji.

Aqra aktar

BOTTA U RISPOSTA: il-PN jgħid u l-PL iwieġeb

Il-Partit Nazzjonalista llum qal li Joseph Muscat jattakka lill-whistleblowers.

Il-Partit Laburista irreaġixxa billi qal li l-unika Mexxej li attakka whistleblower f’pajjiżna huwa Simon Busuttil fil-każ work for votes f’Għawdex, fejn wara li semmih li kien iltaqa’ miegħu u ċanfru li ma messux baqa’ għaddej bix-xogħolijiet la kienet se tintilef l-elezzjoni, għamilu mandat biex jagħlaqlu ħalqu.

Bil-kontra Joseph Muscat daħħal liġijiet biex propja tiżdied it-trasparenza fil-politika, liġijiet bħal-whistleblowers act, il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti u t-tneħħija tal-preskrizzjoni, wara 25 sena.

Bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbati.

Aħjar flok ikompli jigdeb u jħarref fuq il-Prim Ministru u l-familja tiegħu mingħajr ma jippreżenta prova waħda, il-Kap tal-Oppożizzjoni jieqaf ikun falz, ipokrita u l-iktar politiku giddieb fl-istorja.

 

“Parole si fatti no”

 Il-Kap tal-Oppożizjoni falz għax  jgħid ħafna kliem, iżda provi xejn. Qal dan il-Partit Laburista fi stqarrija.

Il-PL qal li għal darb’oħra Simon Busuttil reġa’ ma preżentax prova waħda fuq l-allegazzjonijiet tiegħu u ta’ seħbitu Daphne Caruana Galizija minkejja l-isfida tal-Prim Ministru.

Kap tal-Oppożizzjoni li jintrabat ma’ gideb ta’ blogger li anke għajret bil-mard lil-Viċi Kap tiegħu stess, ma tistax tafdah.

Aqra aktar

“Simon Busuttil falz. Ser jagħmel dimostrazzjoni fuq xi ħaga li ma teżistix”

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li llum il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil ser jagħmel dimostrazzjoni fuq xi ħaga li ma teżistiex u li  skont kif qal hu stess  fix-xandir pubbliku  hija sekondarja. F’dibatitu mal-Prim Minsitru Joseph Muscat u minn mindu ħarġet l-istorja mimlija gideb fuq Egrant, Simon Busuttil tefa’ t-tajn mingħajr qatt ma wera prova waħda.

Il-PL qal li sal-bieraħ Busuttil kien qed jgħid li kien hemm bagalja fiha s-suppost provi minn ġo safe, iżda imbagħad sar magħruf li dan is-safe qatt ma eżista u l-verżjoni nbidlet lis-suppost provi tneħħew sena ilu meta xorta baqgħu jingħataw verżjonijiet differenti.

Aqra aktar

“L-unika koalizzjoni li rridu hija magħkom, mal-Maltin u l-Għawdxin kollha” – JM

Dan huwa Moviment li jgawdi minn serenità. U din is-serenità tipprovdi stabilità. Fejn taf fejn qiegħed magħna. Taf min qed imexxi.  Taf li għandna difetti iżda fl-aħħar mill-aħħar qalbna tħabbat fil-post it-tajjeb. Il-poplu ma jridx koalizzjoni tal-kaos u t-taħwid fejn l-affarijiet li jolqtuh jiġu deċiż fit-tferfix tal-mument. Il-familji u negozji iridu min jiflaħ jieħu deċiżjonijiet b’serenità. L-uniku koalizzjoni li rridu hija magħkom, mal-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Stqarr dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat waqt li kien qed jagħlaq il-Konferenza Ġenerali Annwali 2017 bit-tema, ‘Malta ‘l quddiem għal aktar suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-Ħamrun.

Il-Prim Ministru saħaq li dan il-Gvern jipprovdi stabilità. Dan il-Gvern serraħ ras il-Maltin u l-Għawdxin li kapaċi jiddeċiedi.  Dan il-Gvern wera s-saħħa tal-għaqda fi ħdan dan il-Moviment. Moviment li mhux bitter, ma jippersegwitax lil min jikkritikah, jaħdem ma’ kulħadd, u dejjem qed jilqa’ aktar nies ġodda fi ħdanu. Moviment li huwa magħqud u b’ saħħtu. Għaldaqstant, m’ għandniex bżonn koalizzjonijiet biex nagħmlu dan, tenna Dr Muscat.

Aqra aktar

Busuttil fi stat ta’ paniku… jibqa’ ma jippubblikax prova waħda

Minkejja li issa ilu aktar minn sena għaddej b’kampanja jallega l-affarijiet, sal-llum stess f’konferenza tal-aħbarijiet li sejjaħ f’paniku wara d-dibattitu fuq Xarabank, tant li lbieraħ spiċċa biex qal li huwa sekondarju ta’ min hi Egrant. Simon Busuttil baqa’ ma ppubblikax prova waħda, għax dawn il-provi ma jeżistux. Busuttil tant jinsab f’paniku li spiċċa żbalja anke fatti bażiċi.

Aqra aktar

Send this to a friend