Partit Laburista – Page 36 – One News

Notifiki

RITRATTI: ELUF JINĠABRU FI PJAZZA KASTILJA

Hekk kif fil-17.00pm, Pjazza Kastilja se tkun qed tiċċelebra l-1 ta’ Mejju, Jum il-ħaddiem mal-Partit Laburista f’dawn ir-ritratti tista’ tara li n-nies huma lesti biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Dawn ir-ritratti li bagħtulna l-qarrejja tagħna, juru l-folla ta’ nies li sigħat qabel ma jibda l-mass meeting inġabret fi Pjazza Kastilja, in-nies li qed jużaw is-servizz tal-ferry biex minn Bormla jmorru għall-Belt Valletta u l-wasla tal-Għawdxin li qasmu l-fliegu biex ukoll juru l-appoġġ tagħhom lill-Mexxej Laburista Joseph Muscat.

one.com.mt u ONE HD se jkunu qed ixandru l-mass meeting LIVE.

Aqra aktar

ISMA’: Siltiet mid-diskors tal-Prim Ministru

Quddiem folla mdaqqsa li nġabret biex tisma l-messaġġ tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista fin-Nadur Għawdex, Joseph Muscat stqarr li din hija konferma kif dan il-Gvern għadu u se jibqa’ l-għażla naturali tal-Maltin u l-Għawdxin.

Il-messaġġ tal-Prim Ministru kien ċar. Il-poplu għandu għażla quddiemu; għażla bejn Partit b’viżjoni u b’roadmap li qed taħdem; u Partit b’żewġ Mexxejja li lanqas kapaċi jiftehmu fuq min se jitkellem l-ewwel aħseb u ara kif se jmexxu pajjiż.

Aqra aktar

“Il-poplu mhux se jagħżel jieqaf f’nofs triq” – JM

“F’ dik li kellha tkun u kienet l-iktar ġimgħa li fiha ġejna attakkati b’ gideb bla skrupli, illum għandna l-konferma li dan il-moviment u dan il-gvern għadu u se jibqa’ l-għażla naturali tal-Maltin u l-Għawdxin kollha”

Il-Poplu Malti u Għawdxi jaf x’direzzjoni irid li pajjiżna jaqbad saħaq il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-bidu tad-diskors tiegħu waqt attivita politika fiċ-ċentru Laburita fin-Nadur.

Aqra aktar

FILMAT: BFA ma jaħlifx għas-suppost whistleblower

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, qed jibbaża l-politika fuq il-ħabiba tiegħu Daphne Caruana Galizia, deskritta bħala frodista tal-verità, li minn naħa tagħha qed tibbaża l-akkużi tagħha fuq xi ħadd akkużat bi frodi.

Fil-fatt fid-disgħa u nofs ta’ filgħodu kien diġa’ bagħat lil Beppe Fenech Adami u Jason Azzopardi jagħmlu konferenza tal-aħbarijiet dwar dak li Caruana Galizia kitbet tard il-Ġimgħa filgħaxija u għalkemm kellhom ħafna x’jallegaw kienu skomdi meta mitluba jorbtu l-karriera tagħhom mal-kredibbiltà ta’ din il-mara.

Iżda, dwar min hi rrapportaw il-gazzetti u kien innotat mill-Partit Laburista. Bid-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Chris Cardona jagħmel konklużjoni ċara.

Aqra aktar

“Nibqgħu impenjati favur il-firxa kollha tal-ħaddiema” – Joseph Muscat

Se nibqgħu nimpenjaw ruħna għall-bżonnijiet tal-firxa kollha tal-ħaddiema; attenti għall-possibbiltajiet, il-limiti, il-perikli u r-responsabbiltajiet speċifiċi ta’ żmienna.

Dan waqt li ngħożżu l-istess tamiet u ideali ta’ dawk l-irġiel kuraġġużi li ftit anqas minn mitt sena ilu waqqfu l-Partit Laburista. 

Dan kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt il-preżentazzjoni lilu f’Kastilja tal-volum “L-istorja tal-Partit Laburista bejn l-1920 sal-1940”.

Aqra aktar

Send this to a friend