Partit Laburista – Page 35 – One News

Notifiki

“Gvern Laburista għamel ħafna pożittiv, u hekk se jkompli jagħmel”

“Ħaddieħor jibgħat il-kontijiet intom tibgħatu ċ-ċekkijiet,” dan kien il-kumment ta’ raġel li ltaqa’ miegħu l-Prim Ministru llum f’Ta Xbiex.

Kumment li fi kliem il-Prim Ministru jispjega d-differenza bejn l-Oppożizzjoni u Gvern Laburista. Hawnhekk, il-Mexxej Laburista ta elenku ta’ waħda mill-ħames wegħdiet ewlenin, dik ta’ inqas taxxi.

Joseph Muscat qal li “filwaqt li ħaddieħor qed jitkellem dwar negozji biss, b’dawn il-miżuri se nkunu qed ngħinu lil sidien ta’ negozji, self-employed u kull min joħroġ filgħodu biex jaħdem. Sa tmiem din il-leġiżlatura l-inqas ċekk li tista’ tirċievi huwa ta’ €200 filwaqt li l-iktar huwa ta’ €340.” Din il-proposta se tkun qed tagħti tax refund lil kull min jaħdem u jaqla’ sa €60,000, jiġifieri se jkunu qed jibbenefikaw minna madwar 190,000 taxpayer.

Il-Prim Ministru taħt it-tinda fir-Rabat sostna li l-wegħdiet imħabbra mill-Partit Laburista huma kollha costed u spjega li l-ewwel pass kien li jiġi diskuss internament li l-proposti tal-Partit Laburista jkunu jagħmlu sens u jistgħu jitwettqu. Il-Prim Ministru tenna li Gvern Laburista huwa ukoll kredibbli għaliex fi żmien erbà snin għamel numru ta’ kisbiet importanti.

Aqra aktar

Il-volontiera tal-Partit Laburista lesti

Huma mijiet dawk li tul is-sena jiddedikaw ħinhom għall-Partit Laburista, voluniera u Kumitati li f’ dan iż-żmien ta’ kampanja elettorali jirrankaw iktar il-ħidma tagħhom, fejn is-sigħat li jiddedikaw għal Partit jirduppjaw jekk mhux jittriplaw.

Xogħol minn wara l-kwinti, li mingħajru il-kandidati, esponenti u saħansitra l-Prim Ministru Joseph Muscat ma jkunux jistgħu iwasslu l-messaġġ tagħhom- tal-Aqwa Żmien ta’ Pajjiżna.

Kien għalhekk li waħda mill-ewwel attivitajiet tal-Prim Ministru, fl-ewwel jum tal-kampanja kien li jiltaqa’ magħhom u jirringrazzjhom tad-dedikazzjoni. Filwaqt li ħeġġiġhom jaħdmu flimkien biex il-Partit Laburista jkun jista’ jwassal l-għażla lill-poplu Malti u Għawdxi- l-għażla bejn Joseph Muscat u Simon Busuttil.

Kellimna lil voluntiera minn diversi dipartimenti fosthom mil-loġistika li jieħdu ħsieb l-attivitajiet tal-massa kollha tul il-kampanja.

Aqra aktar

Busuttil imbeżża’ mill-għażla tal-poplu

  • L-għażla hija bejn Joseph Muscat u Simon Busuttil
  • Għażla ċara għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna

Fl-ewwel jum tal-kampanja elettorali, Simon Busuttil reġa’ qed jibża’ mill-għażla tan-nies  bejnu u bejn Joseph Muscat. Qed jibża’ għax filwaqt li Joseph Muscat dalgħodu stess preżenta ħames prijoritajiet tal-manifest elettorali.

Aqra aktar

KOLLOX LEST GĦALL-MASS RALLY TAL-FTUĦ TAL-KAMPANJA

Kollox jinsab lest għall-mass rally li se jtella’ l-Partit Laburista llejla fiż-Żurrieq. Fit-triq ta’ quddiem il-Knisja saret tinda li se tkun qed tilqa’ taħtha n-nies. Il-Prim Ministru Joseph Muscat se jkun qed jagħmel id-diskors tiegħu fis-19.30pm, fl-ewwel mass rally wara t-tħabbira tal-elezzjoni li se tkun qed isir fit-tlieta ta’ Ġunju 2017.

Aqra aktar

Elezzjoni Ġenerali 2017: talba għall-persuni li jgħoddu l-voti u sorveljanza

Il-Kummissjoni Elettorali se tilqa’ applikazzjonijiet mingħand persuni eliġibbli biex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali jew bħala persuni li jgħoddu, persuni li jissorveljaw, u persuni li jikkalkulaw waqt l-għadd tal-voti fl-Elezzjoni Ġenerali li se ssir is-Sibt, 3 ta’ Ġunju 2017.  Min japplika jrid ikun dispost li jattendi sessjonijiet ta’ struzzjonijiet mill-Kummissjoni Elettorali.

Aqra aktar

Send this to a friend