Partit Laburista – Page 34 – One News

Notifiki

Alfred Sant jgħid li Busuttil qed jigdeb

Stqarrija mibgħuta mill-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant tgħid kif Sant, Marlene Mizzi u Miriam Dalli, it-tliet Ewroparlamentari li qed jirrapreżentaw lill-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew għandom il-Financial Accounts aċċessibbli fuq il-websites rispettivi tagħhom. Dan huwa ferm aktar minn dak mitlub mir-regoli tal-Parlament Ewropew u b’impenn totali mal-valur tat-trasparenza. Dan isir fuq bażi annwali.

Aqra aktar

“Simon Busuttil diġà kiser l-ewwel wegħda tiegħu”

Illum Simon Busuttil  beda l-ġurnata billi wera kemm hu falz għax mal-ewwel okkażjoni diġa’ qal li ser jikser il-proposti tiegħu stess. Simon Busuttil qal li fl-ewwel jum jekk jitla’ Prim Ministru jaħtar Kummissarju tal-Pulizija hu stess mhux biż-żewġ terzi tal-Parlament kif wiegħed, biex jinvestiga l-allegazzjjonijiet li għamel il-Kap tal-Oppożizzoni stess, qal hekk fi stqarrija l-Partit Laburista.

Aqra aktar

It-tiġrija elettorali bdiet!

Il-kampanja elettorali bdiet. Il-pajjiż, bil-mod il-mod, qed jidħol in election-mode f’kampanja elettorali li hija qasira. Bosta ma stennewx li kienet se tissejjaħ l-elezzjoni, iżda fid-dawl taċ-ċirkostanzi u akkużi bla provi, kien pass għaqli li l-Prim Ministru jagħżel l-istabbilità tal-pajjiż qabel il-kilba għall-poter. Differenza kbira bejn dak li kien għamel il-Partit Nazzjonalista fl-2012 meta baqa’ jkaxkar lill-pajjiż f’inċertezza b’detriment fuq l-ekonomija, l-investiment u l-impjiegi.

Aqra aktar

“Proposta dwar Għawdex: Jgħaffiġha mal-ewwel opportunità”

Wara erbat ijiem ta’ kampanja, Simon Busuttil għamel proposta biex jagħti sussidju lill-Għawdxin biex jgħixu Għawdex u għaffiġha.  La jaf kif se taħdem u lanqas jaf lil min se jtiha, qal dan il-Partit Laburista fi stqarrija.

Il-PL spjega kif Simon spiċċa jistaqsi lill-ġurnalisti biex “ilaħħmulu l-proposta”.

Aqra aktar

Il-kandidati tal-Partit Laburista tas-seba’ distrett qalb in-nies f’Ħaż-Żebbuġ

Dalgħodu l-kandidati tas-seba’ distrett flimkien mal-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef u s-Segretarja tal-Eżekuttiv Lydia Abela żaru l-monti ta’ Ħaż-Żebbuġ u flimkien ma’ dawk preżenti tkellmu dwar il-proposti tal-Partit Laburista.

Dawn il-proposti niżlu tajjeb man-nies li esprimew sodisfazzjon u fiduċja fi Gvern Laburista, li se jimplimentahom bħal ma għamel f’dawn l-aħħar erba’ snin.

Aqra aktar

Il-wegħda tal-€10,000 għal min imur Għawdex; id-dettalji wara l-elezzjoni

Id-dettalji dwar il-wegħda li qed jagħmel Simon Busuttil li jagħti €10,000 lil familji li jmorru jgħixu Għawdex se jgħidhom wara l-elezzjoni. “Ma tantx faddallek tistenna,” qal Simon Busuttil għax fi kliemu se jagħti d-dettalji dwar l-iskema li jrid in-nies jivvotaw dwarha tliet xhur wara li jsir Prim Ministru. F’Għawdex kien mistoqsi min, kif u meta se jgawdi. Kien mistoqsi wkoll dwar jekk xi ħadd jieħu l-flus u jmur lura jgħix Malta jżommomx. Hawn qal li għalissa għandu l-idea u d-dettalji dwarha jagħtihom wara l-elezzjoni.

Fl-istess ħin li għamel din id-dikjarazzjoni qal li l-proposti tal-Partit Laburista huma bl-addoċċ.

Qal ukoll li x’aktarx mhux kulħadd se jibbenefika. Għax se jkun hemm baġit ibbażat fuq l-idea ta’ first come first served.
“Nirrepeti fl-ewwel mitt jum noħroġ l-iskema u nikkunsidraw l-affarijiet,” qal Simon Busuttil. “Fil-programm elettorali, paragrafu fuq il-proposta jkollok,” kompla jgħid iktar ma kien mistoqsi.

“Gvern Laburista għamel ħafna pożittiv, u hekk se jkompli jagħmel”

“Ħaddieħor jibgħat il-kontijiet intom tibgħatu ċ-ċekkijiet,” dan kien il-kumment ta’ raġel li ltaqa’ miegħu l-Prim Ministru llum f’Ta Xbiex.

Kumment li fi kliem il-Prim Ministru jispjega d-differenza bejn l-Oppożizzjoni u Gvern Laburista. Hawnhekk, il-Mexxej Laburista ta elenku ta’ waħda mill-ħames wegħdiet ewlenin, dik ta’ inqas taxxi.

Joseph Muscat qal li “filwaqt li ħaddieħor qed jitkellem dwar negozji biss, b’dawn il-miżuri se nkunu qed ngħinu lil sidien ta’ negozji, self-employed u kull min joħroġ filgħodu biex jaħdem. Sa tmiem din il-leġiżlatura l-inqas ċekk li tista’ tirċievi huwa ta’ €200 filwaqt li l-iktar huwa ta’ €340.” Din il-proposta se tkun qed tagħti tax refund lil kull min jaħdem u jaqla’ sa €60,000, jiġifieri se jkunu qed jibbenefikaw minna madwar 190,000 taxpayer.

Il-Prim Ministru taħt it-tinda fir-Rabat sostna li l-wegħdiet imħabbra mill-Partit Laburista huma kollha costed u spjega li l-ewwel pass kien li jiġi diskuss internament li l-proposti tal-Partit Laburista jkunu jagħmlu sens u jistgħu jitwettqu. Il-Prim Ministru tenna li Gvern Laburista huwa ukoll kredibbli għaliex fi żmien erbà snin għamel numru ta’ kisbiet importanti.

Aqra aktar

Send this to a friend