Partit Laburista | One News - Part 2

Notifiki

Il-Partit Laburista jagħlaq sena finanzjarja b’saħħitha

Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Dr Randolph De Battista ħabbar li fis-sena li għaddiet anke l-Partit Laburista rreġistra surplus. F’sessjoni plenarja tal-Konferenza Ġenerali Annwali, il-Kap Eżekuttiv ppreżenta rapport finanzjarju dettaljat u spjega kif riżultat ta’ żewġ maratoni ġbir ta’ fondi, għadd kbir ta’ inizjattivi oħra u l-fatt li s-sena li għaddiet il-Partit Laburista me kellux kampanja elettorali wassal biex il-Partit Laburista temm is-sena b’bilanċ pożittiv ta’ €962,064.Aqra aktar

Is-surplus ta’ Malta- pajjiżi oħra lanqas joħolmu li jaraw

Is-surplus fil-finanzi pubbliċi ma nissilx biss sens ta’ sodisfazzjon mill-familji li qed igawdu minn bosta skemi mħabbra mill-Gvern iżda wkoll mir-rappreżentati tal-imsieħba soċjali u persuni fil-qasam tan-negozju.

F’Business Breakfast imtella’ mill-Partit Laburista l-għada li l-Eurostat ħabbar li Malta għamlet surplus ta’ €250 miljun, iċ-Chairman tal-Grupp Chemimart Reginald Fava qal dan ir-riżultat qed jagħti stampa brillanti ta’ pajjiżna barra minn xtutna.Aqra aktar

Il-Partit Laburista jniżżel l-età ta’ tesserament

Il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista approvat emendi biex l-età tat-tesserament tinżel minn 16-il sena għal 14-il sena. Il-Partit Laburista spjega kif tul l-aħħar sentejn, il-Forum Żgħażagħ Laburisti ra żieda ta’ żgħażagħ li għandhom inqas minn sittax li urew ix-xewqa li jissieħbu u jagħtu l-kontribut tagħhom fl-istess Partit.

Dan wara li l-Forum Żgħażagħ Laburisti ħabbar il-Kampanja Ġenerazzjoni Sittax sentejn ilu.  Kampanja li kienu parti minnha numru ta’ żgħażagħ li llum il-ġurnata hemm minnhom li huma kandidati tal-Partit Laburista għall-Kunsilli Lokali.Aqra aktar

Kandidati tal-PL għall-Kunsilli Lokali li għandhom diżabbiltà determinati li jgħinu l-lokalitajiet tagħhom

Id-diżabbiltà tista’ tpoġġi numru ta’ sfidi. Iżda d-determinazzjoni twassal biex dak li jkun xorta waħda jaħdem biex iwettaq il-ħolm tiegħu u saħansitra tal-komunità ta’ madwaru. Il-Partit Laburista għandu ħames kandidati b’diżabbiltà għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li ġejjin.

F’ikla mas-Sinjura Michelle Muscat u l-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Dr Randolph De Battista, il-ħames kandidai ddiskutew l-aspirazzjonijiet għal-lokalità tagħhom. Ma qagħdux lura milli jsemmu dak li jista’ jkun ta’ sfida fil-ħidma tagħhom, iżda daqstant ieħor dehru determinati li jirnexxu.  Aqra aktar

‘Delia mdejjaq bis-suċċess’- il-PL

Id-diskors negattiv tal-Kap tal-Oppożizzjoni dalgħodu huwa diskors ta’ bniedem imdejjaq bil-fatt li l-ikbar vittma tas-suċċess li kiseb il-pajjiż huwa l-Partit Nazzjonalista li hu ried jibdel, iżda minflok spiċċa biex bidel lilu.

Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija b’reazzjoni għad-diskors li ta l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia l-Ħadd filgħodu fl-Imsida.

Send this to a friend