partit demokratiku – One News

Delia jonqos milli jinnomina persuna għall-Kummissjoni Permanenti kontra l-Koruzzjoni

In-nomina tal-Partit Demokratiku għal membru tal-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni ma tistax tiġi kkunsidrata għaliex m’għandiex bażi legali skont il-Kostituzzjoni ta’ Malta.

 

L-artikolu 3 (1) tal-Att dwar il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni jipprovdi li l-membri tal-Kummissjoni jridu jinħatru mill-President ta’ Malta li taġixxi fuq il-parir tal-Prim Ministru wara konsultazzjoni mal-Kap tal-Oppożizzjoni.

 

Bħala prassi, il-Kap tal-Oppożizzjoni jinnomina persuna hu għal din il-Kummissjoni. Il-Gvern qed jistenna n-nomina tal-Kap tal-Oppożizzjoni li naqas milli jinnomina din il-persuna.

 

Għalhekk il-premessa tal-istqarrija tal-Partit Demokratiku li l-gvern irrifjuta n-nomina tal-Partit Demokratiku hija żbaljata. Dan intqal fi stqarrija li ħareġ il-Gvern Malti.

IL-PD BLA KAP

Il-Partit Demokratiku jinsab bla Kap. 

Dan wara li fuq Facebook Marlene Farrugia ħabbret li rriżenjat minn Kap b’mod immedjat anki jekk huwa mistenni li l-Kap l-ġdid jinħatar f’Ottubru.

Dan ifisser li nħoloq vojt u għal kuntrarju tal-Partit Nazzjonalista li għandu Kap caretaker, il-Partit Demokratiku jinsab bla Kap.
Aqra aktar

Ma jafx kemm hemm membri

Godfrey Farrugia ma jafx kemm hemm membri eliġibbli biex jaħtru l-Kap u l-Eżekuttiv tal-Partit Demokratiku.

F’kummenti ma’ ONE News ikkonferma li m’għandux idea ta’ kemm il-Partit Demokratiku għandu membri iżda min-naħa l-oħra m’eskludiex li jikkontesta għal Kap tal-Partit Demokratiku.

Il-Kap preżenti Marlene Farrugia saħqet li mhix se tikkontesta għat-tmexxija tal-Partit Demokratiku minħabba li fi kliemha trid tiffoka fuq prioritajiet oħra.

Aqra aktar

Claudette Buttigieg l-għażla tal-PN bħala Deputat Speaker… xejn għall-koppja Farrugia

Claudette Buttigieg se tkun id-Deputat Speaker tal-Oppożizzjoni filwaqt li David Agius se jkun qed jibqa’ bħala Whip.

Iż-żewġ kandidati eletti tal-PN-PD, Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia, mhux se jkun qed ikollhom irwol fil-Parlament mal-Oppożizzjoni. Dan tħabbar fi stqarrija li ntbgħatet mill-Partit Nazzjonalista b’lista li turi l-irwoli fil-grupp Parlamentari tal-PN.

Aqra aktar

Diżappunt għad-deċiżjoni tal-Qorti dwar il-PD

Ftit wara li l-Qort ddeċidiet li fil-Parlament hemm żewġ partiti, dan ġab miegħu diżappunt minn dawk li appoġġjaw il-Partit Demokratiku.

Permezz ta’ facebook fundaturi tal-istess partit, votanti u osservaturi esprimew dispjaċir li t-tielet vuċi li xtaqu fil-Parlament hija ferm bogħod.

Aqra aktar

MARLENE FARRUGIA: “JIEN DEPUTAT TAL-PN”

Marlene Farrugia iddikjarat li llum hi “deputat tal-Partit Nazzjonalista.”

Meta kienet qed tixhed fil-Qorti fil-kawża li għamel il-Partit Laburista dwar iż-żewġ siġġijiet żejda li ngħataw il-Partit Nazzjonalista minħabba l-mekkaniżmu tal-kostituzzjoni Farrugia stqarret li “it-tielet partit l-animu tiegħu qiegħed f’deputat tal-Partit Nazzjonalista.”

Ikkonfermat ukoll li se tkun suġġetta għall-whip tal-Partit Nazzjonalista. Mistoqsija jekk kinetx membru tal-Partit Nazzjonalista, Marlene Farrugia qalet li fl-elf disgħa mija tmienja u disgħin ħallset tessera għal għomorha anke jekk eventwalment saret tesserata mal-Partit Laburista.

Aqra aktar

Send this to a friend