parlament | One News - Part 9

Notifiki

Illum l-ewwel seduta Parlamentari

Illum d-deputati parlamentari tal-leġislatura l-ġdida jiltaqgħu għall-ewwel seduta parlamentari tagħhom. One News tkellem mal-whip tal-Gvern Byron Camillieri li spjegalna x’hemm fuq l-aġenda Parlamentari għall-ġimgħat li ġejjien.

Fost l-oħrajn hemm l-approvazzjoni tal-estimi finanzjari tal-entitajiet tal-gvern għall-elfejn u sbatax.
Aqra aktar

Mill-ġdid fin-nofs tal-kamra

Anġlu Farrugia, se jerġa’ jkun il-President tal-Kamra tar-Rappreżentanti. Fl-aħħar leġiżlatura daħal b’ruħu u b’ġismu għal dan l-irwol u jekk wieħed jista’ jkun kritiku tiegħu f’ċerti aspetti żgur ħadd ma jista’ jgħid li ma ħax dan l-irwol bis-serjetà. Fil-bidu ta’ leġiżlatura ġdida l-gazzetta KullĦadd tkellmet miegħu dwar dak li nkiseb fl-aħħar ħames snin u dak li rridu għal li ġej.

Fl-aħħar leġiżlatura int kont l-ewwel speaker full time wara ħafna snin. Hekk beħsiebek terġa’ tkun fiż-żmien li ġej?

Għall-ewwel domanda nista’ nwieġeb mal-ewwel; Iva, jien kont l-ewwel Speaker full-time minn l-Indipendenza ’l hawn matul it-12-il Leġiżlatura, li jien ippresedejt bejn l-2013 u l-2017, preċiżament sal-1 ta’ Mejju 2017 meta l-Parlament ġie xolt. Ċertament se nerġa’ nkun Speaker full-time għat-13-il leġiżlatura wkoll.

Aqra aktar

Deputati tal-PN mhux komdi bil-bidla fil-liġi taż-żwieġ… grupp Parlamentari jaħraq

Għalkemm fil-grupp Parlamentari tal-Ġimgħa diskussjoni dwar il-koalizzjoni kienet waħda skomda, l-ikbar dibattitu kien dwar il-liġi taż-żwieġ. Fil-grupp Parlamentari Nazzjonalista kien hemm min qal lil Busuttil li bħal-ftehim tal-koalizzjoni hu ddikjara vot favur il-liġi taż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess mingħajr ma kien jaf x’se jkun propost.

Fil-fatt il-grupp Parlamentari ħaseb li se jkun hemm bidla biss fl-isem tal-unjoni ċivili imma l-Gvern ippropona bidla fl-att dwar il-liġi taż-żwieġ. Għax inkella kienet tinħoloq sitwazzjoni fejn ikunhemm żewġ liġijiet taż-żwieġ. Deputati Nazzjonalisti xejn mhuma komdi b’dan, anke jekk aċċettaw li jivvutaw iva. Kienet il-gazzetta KullĦadd li żvelat dawn id-dettalji li tirrapporta dwarhom ukoll it-Times of Malta.

Aqra aktar

Programm ta’ Gvern għal poplu magħqud

Il-messaġġ ewlieni fil-programm tal-gvern kif moqri mill-President tar-Repubblika fil-ftuħ tat-tlettax il-Parlament kien li dak tagħna hu pajjiż li jrid jaħdem għall-għaqda.

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca qalet “pajjiżna jista’ jimxi verament ’il quddiem, bħala poplu wieħed, bl-għaqda u fl-għaqda.”

Dan il-messaġġ il-gvern ħadu billi anke d-diskors li qrat il-President kien nieqes mill-kontroversja politika u saħansitra kien diskuss magħha. Il-messaġġ tal-gvern f’dan id-diskors kien ċar. Hemm bżonn li l-pajjiż ikun magħqud biex jimxi iktar ‘il quddiem.

Aqra aktar

LIVE: Illum jerġa’ jiftaħ il-Parlament

Illum isir il-ftuħ uffiċjali tal-Parlament għat-tlettax-il leġiżlatura fejn f’din l-okkażjoni l-jum jibda fid-9:00 ta’ filgħodu b’quddiesa mill-Arċisqof Charles Scicluna fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.

Wara l-membri Parlamentari ġodda jmorru fil-Parlament fejn minn hemm jingħaqdu flimkien fil-Kamra tar-Rappreżentanti.

Aqra aktar

Claudette Buttigieg l-għażla tal-PN bħala Deputat Speaker… xejn għall-koppja Farrugia

Claudette Buttigieg se tkun id-Deputat Speaker tal-Oppożizzjoni filwaqt li David Agius se jkun qed jibqa’ bħala Whip.

Iż-żewġ kandidati eletti tal-PN-PD, Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia, mhux se jkun qed ikollhom irwol fil-Parlament mal-Oppożizzjoni. Dan tħabbar fi stqarrija li ntbgħatet mill-Partit Nazzjonalista b’lista li turi l-irwoli fil-grupp Parlamentari tal-PN.

Aqra aktar

BREXIT jiddomina d-diskors tar-Reġina fil-ftuħ tal-Parlament Ingliż

Brexit kien is-suġġett li ddomina fid-diskors tar-Reġina tar-Renju Unit meta indirizzat l-ftuħ tal-parlament Ingliż. Intqal li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea se jara li jsir mingħajr xkiel.

Filfatt minn 27 abbozz ta’ liġi, tmienja minnhom kienu dwar Brexit u kif dan ser jaffettwa l-industriji. Abbozz ta’ liġi minnhom kien dwar kif regoli Ewropej jinbidlu f’liġijiet għar-Renju Unit u dan f’miżuri li għandhom x’jaqsmu mal-kummerċ.

Aqra aktar

Wirja tal-Bonsai fil-Parlament

Fl-inawgurazzjoni tal-Wirja Annwali tal-Bonsai 2017, l-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li hu jqis il-bini tal-Parlament bħala d-dar tal-poplu Malti, li primarjament hu l-post fejn id-deputati -jew aħjar – ir-rappreżentanti eletti mill-poplu, jiltaqgħu biex jiddiskutu temi li jolqtu lis-soċjetà. Kull diskussjoni għandha ssir fid-dawl tal-interessi ta’ pajjiżna bil-għan li jitjieb l-għajxien tal-poplu Malti u Għawdxi.

L-Ispeaker tkellem ukoll dwar din it-tradizzjoni Ċiniża u Ġappuniża li xxerrdet mad-dinja kollha, u li tieħu ħsieb it-tkabbir ta’ siġar żgħar f’kontenituri. Din it-tradizzjoni tiġbor fiha mħabba lejn in-natura, il-pjanti, u s-siġar, kif ukoll is-sengħa tat-trobbija ta’ siġar żgħar u l-espressjoni artistika tal-individwu.
Aqra aktar

Send this to a friend