parlament – Page 7 – One News

Notifiki

Iżżewġet l-ewwel koppja omosesswali fil-Ġermanja

Karl Kreile u Bodo Mende huma l-ismijiet ta’ żewġt’irġiel li isimhom se jibqa’ mnaqqax fl-istorja bħala l-ewwel koppja omosesswali li żżewġet fil-Ġermanja.

F’Berlin, iż-żewġt’irġiel – li ilhom flimkien 38 sena, wiegħdu mħabbithom lejn xulxin proprju fil-ġurnata li ż-żwieġ ugwali sar legali fil-pajjiż.Aqra aktar

It-tisħiħ tal-Parlament fuq l-aġenda tal-Gvern

It-tisħiħ tal-Parlament huwa fuq l-aġenda tal-Gvern u diversi proposti li ppreżentat l-Oppożizzjoni f’ittra li ntbgħatet lill-Gvern ilbieraħ huma parti mill-programm ta’ ħidma tal-Gvern. Qal dan il-Gvern ta’ Malta permezz ta’ stqarrija.

Il-Gvern qal li permezz tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u l-Whip tal-Gvern Byron Camilleri wieġeb għall-ittra tal-Oppożizzjoni permezz tal-ittra t’hawn isfel.

[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/news/wp-content/uploads/2017/08/PR171895a.pdf”]

Bdil fil-ħinijiet tal-Parlament

Il-grupp Parlamentari Laburista qabel li jkun hemm bidla fil-ħin li fih jiltaqa’ l-Parlament.

Fil-fatt qed ikun propost li l-parlament jibda jiltaqa’ bejn l-erba u s-seba’ u nofs ta’ filgħaxija minflok bejn is-sitta u d-disa’ u nofs. Aqra aktar

Mozzjoni biex id-Deputati ma jitkellmux għal aktar minn nofsiegħa fil-Parlament

Il-Gvern ressaq mozzjoni ta’ proċedura biex il-metodi tax-xogħol tal-Parlament jiġu aġġornati biex il-proċess parlamentari jkun aktar effiċjenti u effettiv skont l-esiġenzi ta’ Parlament modern u taż-żminijiet tal-lum. Mozzjoni li fost oħrajn tipproponi li s-seduti Parlamentari jibdew fis-14:00 u jdumu sad-21:00 nhar ta’ Tnejn u Erbgħa skont l-esiġenza filwaqt li d-deputati ma jitkellmux aktar minn nofsiegħa.

Aqra aktar

Jaħslu idejhom u ma jmorrux jivvutaw għal-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ

Il-ligi li tagħti iktar drittijiet ugwali fi żwieġ bejn koppji tal-istess sess għaddiet, iżda warajha ħalliet baħar ta’ nkwiet u qasma fil-Partit Nazzjonalista, li anke dwar din il-kwistjoni mhux maqgħud bħala grupp parlamentari.

Edwin Vassallo spikka għax qam u ddikjara li se jivvota kontra, iżda kien hemm deputati oħra tal-Partit Nazzjonalista li waqt l-ugwaljanza fiż-żwieġ spikkaw.

Din id-darba għan-nuqqas ta’ preżenza tagħhom.

Aqra aktar

Il-Parlament japprova liġi storika

Illejla l-Parlament approva ligi storika. Ligi li se ġġib l-ugwaljanza fiż-żwieġ, li tul dawn l-aħħar ġimghat smajna ħafna dwarha u timmarka sensiela ta’ kisbiet li għamlet Malta fil-qasam tad-drittijiet ċivili taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat.

Dan hekk kif ftit tal-ħin ilu ttieħed l-vot finali waqt seduta Parlamentari. Kien propju fit-tielet seduta li l-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta’ Abbozzi ta’ Liġi għadda l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ u Liġijiet fejn kien propju llum li sar l-aħħar pass biex dan l-abbozz ta’ liġi sa fl-aħħar jidħol fis-seħħ.

Aqra aktar

“Wasal il-mument li jkollna fjamma ta’ għaqda nazzjonali”

Il-Kamra tad-Deputati llelja bdiet tiddiskuti mozzjoni li tirringrazzja lill-President ta’ Malta għall-indirizz tagħha fil-ftuħ tat-13-il legislatura.

Meta ressaq il-mozzjoni f’isem id-deputat Laburista Rosianne Cutajar, id-deputat Stephan Zrinzo Azzopardi qal li d-diskors tal-president kien mimli ambizzjonijiet kbar, miri għolja u programm estenziv li jrid jiġi esegwit b’kuraġġ.

Aqra aktar

It-tliet kandidati għal Deputat Mexxej f’diskussjoni fuq ONE

ONE HD  u ONE RADIO xandar diskussjoni bejn it-tliet kandidati għal Deputat Mexxej għall-affarijiet tal-Parlament, diskussjoni li matula ġew diskussi numru ta’ temi relatati ma’ din il-kariga importanti.

Il-Ministri Helena Dalli, Chris Fearne u Edward Scicluna wieġbu għad-domandi tal-ġurnalisti minn oqsma differenti tal-ħajja dwar għadd ta’ temi kurrenti u oħrajn marbuta mal-kariga li se jkunu qed jikkontestaw għaliha.

Aqra aktar

Send this to a friend