parlament – Page 6 – One News

Notifiki

Illum l-ewwel seduta Parlamentari b’ħinijiet ġodda u aktar aċċessibbli

Fuq proposta tal-Gvern intlaħaq ftehim mal-Oppożizzjoni biex il-ħinijiet tal-Parlament ikunu emendati għal ħinijiet aktar aċċessibbli, wara li għal snin twal kien hemm ħafna diskussjonijiet iżda xejn azzjoni. Bħala konsegwenza, is-seduta Parlamentari ta’ kull nhar ta’ Erbgħa se tibda ssir mill-4.00pm sas-7.30pm. Il-perjodu li ġej se jservi bħala żmien ta’ prova biex eventwalent tittieħed id-deċiżjoni jekk il-ħin tal-Parlament ikunx emendat għas-seduti kollha.

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli rrikonoxxiet li dan hu pass ieħor importanti fil-ħidma għall-bilanċ bejn ir-responsabbiltajiet tax-xogħol u tal-familja kemm għall-membri Parlamentari nisa kif ukoll għall-irġiel. Fejn hu possibbli għandna nevitaw li nnaqqru l-ħin meta l-familja tkun miġbura. Dan l-impenn juri li wara ħafna snin nitkellmu dwar il-bżonn li l-Parlament jopera b’mod iktar family friendly, din il-bidla se tibda titwettaq, qalet il-Ministru Helena Dalli waqt li esprimiet ix-xewqa li din il-miżura tkun estiża għall-ġranet kollha.

Aqra aktar

Simon Busuttil u Marlene Farrugia fost l-iktar li fallew seduti Parlamentari

L-ewwel xhur ta’ leġiżlatura ġdida qed juru titjib fl-attendenzi tal-Membri Parlamentari meta mqabbla ma’ leġiżlaturi oħra. Din hi l-ewwel darba li s-sistema tal-multi għal dawk li ma jattendux seduta Parlamentari mingħajr raġuni bdiet mill-bidu tal-leġiżlatura wara li kienet introdotta mill-ewwel Gvern ta’ Joseph Muscat bil-Prim Ministru jinsisti li bħalma bniedem ma jistax ifalli x-xogħol mingħajr raġuni hekk ukoll Membru Parlamentari ma jistax jaqbeż seduta jekk mhux ġustifikat għalkollox. Il-fatt li Membru Parlamentari jitħallas l-onorarja skont kemm jattendi kienet wegħda elettorali fil-manifest elettorali tal-2013 u eventwalment saret realtà fost ħafna bidliet maħsuba biex idaħħlu iktar serjetà u kontabbiltà fost il-politiċi.

Aqra aktar

Delia ddisprat biex isalva postu

Illejla fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ried li l-parlament jieqaf jitkellem dwar il-budget u jiddiskuti dak li ħabbru lbieraħ fid-dimostrazzjoni nazzjonali is-soċjetà ċivili , fejn bħal Partit Nazzjonalista, riedu li jitneħħa l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali.

Aqra aktar

FILMAT: L-istqarrija tal-Gvern fil-Parlament dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Fir-reazzjoni tiegħu fil-Parlament għall-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia il-Prim Ministru spjega li l-Gvern għamel kuntatt mal-Gvern Amerikan sabiex l-FBI jassistu fl-investigazzjoni. Huwa żied jgħid li se jara li ssir ġustizzja u li jekk xi ħadd ħaseb li jista joqtol lil xi ħadd u jgħaddiha lixxa f’dan il-pajjiż kien sejjer żbaljat.

Aqra aktar

Il-Qorti tissospendi s-sessjoni tal-Parlament Katalan

Il-Qorti Kostituzzjonali ta’ Spanja ssospendiet is-sessjoni tal-Parlament Katalan ta’ nhar it-Tnejn li ġej, fi sforz biex tipprevjeni spinta possibbli għall-indipendenza.

Il-Qorti qalet li mossa bħal din tkun ksur tal-kostituzzjoni. Aktar kmieni, l-Prim ministru Spanjol, Mariano Rajoy wissa lill-gvern reġjonali ta’ Katalunja kontra d-dikjarazzjoni ta’ indipendenza wara l-vot tal-Ħadd li għadda.Aqra aktar

Send this to a friend