parlament – Page 3 – One News

Notifiki

“Il-proġett tal-power station tal-gass kien l-akbar wieħed li sar f’pajjiżna”- il-PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li l-proġett tal-power station tal-gass kien l-akbar proġett infrastrutturali u innovattiv li qatt sar f’pajjiżna, u dan f’ċirkostanza fejn il-Gvern Nazzjonalista kien jgħid li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma ma jistgħux jorħsu, u l-pajjiż lanqas jista’ jaqleb għal ġenerazzjoni tal-elettriku li taħdem bil-gass.

Aqra aktar

“Ċittadini Maltin li jgħixu r-Renju Unit mhux se jitilfu ebda drittijiet” -il-PM

Waqt li aġġorna l-Kamra bl-aħħar żviluppi li seħħew fil-Kunsill Ewropew li tlaqqa l-Ħadd li għadda fi Brussell, il-Prim Ministru Joseph Muscat fakkar li f’dawn id-diskussjonijiet, assigura li ċ-ċittadini Maltin li jgħixu r-Renju Unit ma jitilfu l-ebda drittijiet, u l-interess tagħhom ikun issalvagwardjat.

Madanakollu, reġa’ fakkar li Malta tilfet sieħeb strateġiku importanti fuq il-mejda tan-negozjati tal-Unjoni Ewropea.Aqra aktar

ARA: Qala’ €3 miljun għax beża’ li se tinqaleb il-folja

Meta l-Erbgħa filgħaxija l-kumitat għall-kontijiet pubbliċi kompla jiddiskuti l-esproprjazzjoni tal-art tal-Fekruna għal aktar minn €4 miljun lil sid ta’ stabbiliment, kien imiss li jixhed is-sid innifsu, Raymond Vella.

Fix-xhieda tiegħu Vella kkonferma li għall-art tal-Fekruna ngħata żewġ artijiet, waħda fis-Swieqi u oħra f’San Ġwann. F’San Ġwann ikkonferma li biegħ numru ta’ plots li ttelgħu vilel u qala’ €3 miljun.Aqra aktar

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri jħabbar li se jiltaqa’ mal-ħaddiema kollha tas-Satabank

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri ħabbar fil-Parlament li l-ġimgħa d-dieħla se jkun qed jiltaqa’ mal-ħaddiema kollha tas-Satabank.

Fost protesti kontinwi min-naħa tal-membri tal-Oppożizzjoni, is-Segretarju Parlamentari Schembri wissa lill-Membru Parlamentari Nazzjonalista Jason Azzopardi biex ma jkomplix jigdeb dwar is-Satabank bħal ma għamel fl-aġġornament tal-Kamra lbieraħ filgħaxija.

Meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra, is-Segretarju Parlamentari Schembri talab li tittieħed azzjoni fuq l-allegazzonijiet ta’ Azzopardi billi jmur għand l-awtoritajiet u jagħtihom l-informazzjoni għandu fil-pussess tiegħu.Aqra aktar

Il-Grupp Parlamentari Laburista ma jibżax mid-diskussjonijiet li talbet l-Oppożizzjoni fil-Parlament illejla

Illejla fil-Parlament, Deputati tal-Grupp Parlamentari Laburista tkellmu dwar l-allegazzjonijiet tal-Oppożizzjoni, ir-rule of law u kif il-pajjiż miexi ‘l quddiem.

Fuq kollox, id-Deputati tal-Partit Laburista mhux talli ma beżgħux mid-diskussjoni li talbet l-Oppożizzjoni, iżda talli dehru iktar imħejjija għal dan id-dibattitu.Aqra aktar

Send this to a friend