parlament | One News - Part 21

Notifiki

Maġġur jitlob biex jitlaq mill-Parlament

Il-Maġġur tal-Pulizija Eugenio Caruana talab minn jheddu biex ma jibqax stazzjonijiet fil-Parlament kif talbet l-Oppożżizzjoni u jiġi trasferit xi mkien ieħor. L-Aġent Kummissarju aċċetta t-talba tiegħu.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni staqsa jekk Caruana kienx għadu fil-binja tal-Parlament għax jekk iva, allura l-membri tal-Oppożizzjoni ma kinux se jibqgħu fil-Kamra.

L-Ispeaker ikkonfermalu li Caruana ma kienx hemm u s-seduta kompliet.

Aktar qabel l-Ispeaker  iddeplora l-fatt li b’xi mod tiġi provokata u li jiġu indirizzati lejha dikjarazzjonijiet  li jistgħu jiġu indirizzati bħala forma ta’ theddida. Dr Farrugia kien qed jirreferi għall-kliem li qal ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni li widdeb lill-Ispeaker: “Iġġegħlniex nagħżlu bejn li nidħlu fil-Parlament jew le”.

Aqra aktar

Membri Parlamentari se jkollhom jużaw it-taraġ….

Hu stmat li żewġ terzi mill-popolazzjoni Ewropea ma tagħmilx l-ammont t’attività fiżika rakkomandata għas-saħħa.

600,000 mewt fis-sena madwar l-Ewropa huma assoċjati ma’ nuqqas ta’ moviment fiżiku.  Kien għalhekk li fl-2012 twieldet il-kampanja ‘NowWeMOVE’, bil-għan li 100 miljun persuna tkun fiżikament attiva sal-2020.

Kull min żar il-Parlament Malti llum u kellu jitla’ jew jinżel sular jew tnejn, ikkontribwixxa ftit. Dan għaliex ġiet irrispettata l-inizjattiva ‘No Elevator Day’ bħala parti mill-kampanja.  Kull min jista’ ma jużax il-lift, kellu juża t-taraġ.

Aqra aktar

L-ewwel birthday: sena ta’ ħidma mill-Parlament il-ġdid

Bħal llum 4 ta’ Mejju ta’ sena ilu, bdiet issir ħidma minn ġewwa l-Parlament il-ġdid. Dan huwa fatt li l-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia innota meta laqa’ 150 student mill-iskola Giovanni Curmi Higher Secondary fil-Parlament.

 

L-Ispeaker spjega aspetti importanti fil-Kostituzzjoni u l-ħarsien tad-demokrazija f’Malta.

Aqra aktar

Send this to a friend