parlament | One News - Part 17

Notifiki

It-Taljani ta’ Le Iene l-iktar li għandhom xogħol b’lura

• IL-GHRC DETERMINATA LI MA JGĦADDUHIEX LIXXA

Il-kumpanija Filliberti, dik li xhur ilu ġiet tinvestiga dwar dak li ntqal li għandha tieħu fil-programm Taljan Le Iene, hija l-iktar waħda li baqgħalha xogħol x’tagħmel b’rabta mal-Parlament il-ġdid. Xogħol li dwaru l-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal- Port il-Kbir ippreżentat ittra uffiċjalifil-Qorti nhar il-Ġimgħa.

Tagħrif li għandha u li ppublikat illum il-gazzetta KullĦadd jgħid li minbarra xogħol mhux lest, hemm xogħol li sar ħażin. Fost oħrajn ix-xogħol jinkludi pavimentar fil livell tal-bejt tal-Parlament lift u problemi oħra f’bibien u twieqi kbar li ġew fornuti, li sal-lum għad iridu jigu indirizzati.

Aqra aktar

Silvio Schembri jappella biex jiġi rregolat ir-reklamar tal-logħob tal-azzard

Id-deputat Laburista Silvio Schembri, li huwa ċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Maltija għal-Logħob Responsabbli appella biex f’Malta titrawwem politika li tirregola l-mod kif ikun irreklamat il-logħob tal-azzard.

Meta tkellem fl-aġġornament tas-seduta Parlamentari, Schembri qal li l-problema tal-logħob, li taffettwa kemm nisa kif ukoll irġiel, hi waħda reali u jekk tkun akuta titqies bħala marda. Huwa ssuġġerixxa jekk wasalx iż-żmien li riklam għal-logħob tal-azzard kif ukoll biljetti tal-lotteriji għandux ikollhom messaġġi li jwissu dwar ir-riskji assoċjati mal-logħob tal-azzard jew kemm fir-realtà hu ċ-ċans ta’ rebħ.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru Ungeriż ikollu jaċċetta s-sistemazzjoni mill-ġdid ta’ immigranti fil-pajjiż

  • Kien jonqsu  biss żewġ voti

Il-Parlament Ungeriż ċaħad il-pjan tal-Prim Ministru Viktor Orban li jipprojbixxi s-sistemazzjoni mill-ġdid tal-immigranti fil-pajjiż. Din hija meqjusa bħala daqqa ta’ ħarta għall-mexxej, li tista’ ddgħajfu wkoll fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

L-emenda kostituzzjonali proposta rebħet 131 vot f’Parlament b’199 siġġu, ftit biss bogħod minn maġġoranza ta’ żewġ terzi meħtieġa, ċioe 133 vot.

Aqra aktar

Il-Kabinett kollu fi Brussell

Il-Kabinett tal-Ministri l-ġimgħa d-dieħla se jagħmel jumejn fi Brussels fejn se jsiru laqgħat mal-Kummissjoni Ewropea fid-dawl tal-fatt li Malta se jkollha l-presidenza tal-unjoni s-sena d-dieħla.

Żvela dan il-whip tal-gvern Godfrey Farrugia f’laqgħa tal-kumitat permanenti dwar ix-xogħol tal-Kamra. F’dawk il-jumejn mhux se jiltaqa’ l-parlament Malti u għax se jintilfu żewġ seduti jista’ jkun hemm bżonn li xi seduti jinbdew qabel is-6pm.
Aqra aktar

226 student bl-awtiżmu b’għajnuna diversa fl-iskejjel

Kienu 226 student, li fl-2015 ingħataw l-assistenza neċċessarja fis-sistema edukattiva ta’ pajjiżna.

Dan qalu fi tweġiba Parlamentari l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo. Huwa spjega li hemm diversi servizzi ta’ għajnuna li joffri spazzju edukattiv għal studenti li għandhom l-kundizzjoni tal-awtiżmu.
Aqra aktar

Send this to a friend