parlament | One News - Part 16

Notifiki

Nitkellmu mal-ewwel ambaxxatriċi Maltija fi ħdan il-Women in Parliaments Global Forum

Ħidma li ilha għaddejja minn mindu Justyne Caruana bdiet tokkupa siġġu fil-parlament waslet biex ġiet rikonoxxuta fuq livell internazzjonali, hekk kif inħatret ambaxxatriċi għall-Malta fi ħdan il-Women il-Parliaments Global Forum.

Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana hija l-ewwel mara Maltija li se tokkupa l-kariga t’ambaxxatriċi għal Malta fi ħdan il-Women in Parliaments Global Forum.

Qabel is-seduta parlamentari, l-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia ppreżenta l-kariga l-ġdida lil Justyne Caruana, kariga li għas-segretarju parlamentari hija riżultat tax-xogħol li għamlet tul is-snin kemm ilha tagħmel parti mill-parlament malti.

Hija kariga li tfisser ukoll li żdied ix-xogħol għal Justyne Caruana. F’din l-intervista temmet tgħid li tħares ‘il quddiem biex tonora l-obbligi li ġġib magħha l-ħatra t’ambaxxatriċi.

Aqra aktar

PARLAMENT: Talba biex jintlaħaq ftehim dwar it-talba tal-MAM u l-UĦM

L-iSpeaker Anġlu Farrugia llejla talab lill-membri tal-Gvern u l-Oppożizzjoni li huma membri tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi biex jużaw il-buonsens u jippruvaw jaslu fi ftehim biex tintlaqa’ t-talba tal-MAM u tal-UĦM li dan il-kumitat jinvestiga l-kuntratti bejn il-Gvern u l-Vitals Global Healthcare dwar il-privatizazzjoni tal-ispatrijiet – dak ta’ Għawdex, dak ta’ San Luqa u dak ta’ Karen Grech.

Aqra aktar

Dibattitu dwar il-kobor tal-Parlament

Tibqa’ fuq fomm ħafna s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali ta’ nhar il-Ġimgħa.

Din id-darba d-diskussjoni tmur lil hinn mill-impatt immedjat tas-sentenza iżda fuq il-ġejjieni u l-konsegwenzi li jista’ jkollha sentenza bħal din.

Aqra aktar

Xenata fil-Parlament

L-iSpeaker Anġlu Farrugia lbieraħ filgħaxija lmenta minn dak li sejjaħ “il-mod lakoniku” li ċerti dikjarazzjonijiet isiru u ġibed l-attenzjoni ta’ kulħadd għal riġidità u attenzjoni fil-kliem li jintuża ħali ma jinqalgħux malinitiżi imma iżjed u iżjed ħalli ma tingħatax l-impressjoni – anke jekk żbaljata – li l-persuna tkun qed tiżvija l-Kamra.

Farrugia kien qed jagħti ruling mitlub mill-Ministru Evarist Bartolo wara xenata li instiga bi kliemu l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil. Fil-ħin tal-mistoqsijiet, Busuttil għoġbu jakkuża lill-Ministru li qed jiżgwida lill-Kamra dwar l-iskema ta’ taħriġ tal-ħaddiema mill-General Workers’ Union. Busuttil insista li l-Ministru qed iqabbel skema ma’ skema oħra ta’ żmien amministrazzjoni Nazzjonalista li hija differenti minn dik ta’ qabilha. Busuttil saħansitra wasal jgħid li l-iskema tal-Ministru Bartolo ħolqot “prekarjat oxxen”.

Il-Ministru Bartolo qal li huwa jirrifuta l-akkuża u ma kienx se jwieġbu. Qal li Busuttil kien qed jgħid li huwa għal ta l-apposta kien qed jiżgwida u jqarraq bil-Kamra, li hija akkuża serja ħafna. Il-Ministru Bartolo qal li “jirrifjuta l-ħafna gideb li Busuttil jgħid kontra tiegħu barra l-Kamra”.

Aqra aktar

Busuttil ifittex konfront, ruling mill-ispeaker

Il-Kap tal-Oppożizzjoni għażel li jakkuża lil Ministru tal-Edukazzjoni li żgwida l-Kamra tad-Deputati meta fil-Parlament fisser kif l-iskema tal-Community Work Scheme hija simili għal skema li nieda l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar amministrazzjoni. Xi ħaġa li saħansitra kkonferma l-eks Ministru Carm Mifsud Bonnici f’konferenza tal-aħbarijiet iktar kmieni llum.
Aqra aktar

BIL-FILMAT: Il-PN kien ħaqqu siġġu iżda ngħata tnejn

Skont is-sentenza tal-Qorti, il-Partit Nazzjonalista kien ħaqqu siġġu wieħed iżda ingħata tnejn bit-tħaddim tal-Kostituzzjoni biex il-Parlament ma jkunx kompost minn 70 deputat, iżda minn 71. Jispjega dan l-avukat Robert Abela fl-ewwel reazzjoni tiegħu għas-sentenza.
Aqra aktar

Send this to a friend