parlament | One News - Part 13

Notifiki

Miriam Dalli tgħid li l-Parlament Ewropew huwa dgħajjef fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima

Pjanijiet biex l-industriji jkunu innovativi u jiġġieldu t-tibdil fil-klima ddgħajfu kompletament wara li fazzjonijiet konservattivi fil-Parlament Ewropew ivvutaw favur emendi li marru kontra l-ftehim milħuq fil-Kumitat tal-Ambjent f’Diċembru li għadda.

L-Unjoni Ewropea hi t-tielet l-akbar pajjiż li jniġġeż l-arja u s-sistema magħrufa bħala Emissions Trading System (ETS) li ttieħed vot dwarha fil-Parlament Ewropew tkopri aktar minn 11,000 installazzjoni enerġetika u industrijali, u tammonta għal 50% tal-emissjonijiet serra. F’Malta din is-sistema tkopri l-Power Station ta’ Delimara. L-ETS ħafna drabi kienet deskritta bħala l-għodda ewlenija li tista’ tgħin  lill-Unjoni Ewropea tilħaq il-miri klimatiċi tagħha, u tilħaq l-obbligi tagħha biex tindirizza t-tibdil fil-klima skond il-ftehim ta’ Pariġi.

Aqra aktar

21 każ ta’ suwiċidju

Il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela qal fil-Parlament li matul l-2016 kien hemm 21 każ ta’ suwiċidju.

Huwa qal lil Anthony Agius Decelis li 18-il persuna kienu rġiel u tliet nisa.

Il-Ministru qal li 17 minn dawn il-persuni kienu ta’ nazzjonalita’ Maltija filwaqt illi erbgħa kienu barranin.

L-etajiet tagħhom ivarjaw bejn il-25 u t-83 sena.

Żgħażagħ mistiedna jgħidu tagħhom fil-Parlament

Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ) illum fetaħ l-applikazzjoni għall-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ.

Se jkun hemm żewġ seduti ta’ diskussjonijiet fil-parlament, flimkien ma’ membri parlamentari. Se jiddiskutu riżoluzzjonijiet dwar temi differenti mħejjija mill-KNŻ, fosthom il-klima u l-kultura. Se tkun opportunità biex ż-żgħażagħ jattendu wkoll għal live-ins u workshops biex itejbu l-mod kif jesprimu ruħhom quddiem in-nies.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius saħaq fuq l-importanza tal-attiviżmu politiku fost iż-żgħażagħ, li dan il-Gvern tah leħen sa mill-bidu, bil-vot ta’ sittax-il sena fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u issa mistennija tiftaħ konsultazzjoni pubblika dwar dan il-vot fl-elezzjonijiet ġenerali.

‘Eluf ta’ immigranti jistennew il-Libja’ – Miriam Dalli

Ninsabu fuq l-għatba ta’ influss probabbli ta’ eluf ta’ immigranti fiċ-ċentru tal-Mediterran u l-Unjoni Ewropea għadha ma ħarġitx b’soluzzjoni effettiva li verament tagħmel differenza u tindirizza din ir-realtà.

Stqarret dan il-Membru Parlamentari Ewropew Maltija Miriam Dalli fil-Parlament Ewropew waqt li kien qed jiġi diskuss is-suġġett tal-immigrazzjoni miċ-ċentru tal-Mediterran.

“Sorsi differenti qed jitkellmu dwar eluf ta’ nies jistennew fil-Libja biex jaqsmu lejn l-Ewropa. Is-sitwazzjoni hija kritika u la jikkalma t-temp se nerġgħu niffaċċjaw influss qawwi ieħor mingħajr m’għandna soluzzjonijiet adegwati,” qalet Dr Dalli.

Aqra aktar

Aktar lokalitajiet jgawdu mit-tqassim tal-mediċini fid-djar

 L-iskema tat-tqassim tal-mediċini fid-djar ta’ pazjenti li għandhom aktar minn 70 sena bdiet tiġi estiża f’lokalitajiet oħra barra dawk tal-proġett pilota ta’ Ottubru 2016. Barra l-lokalitajiet tar-Rabat u Raħal Ġdid hemm sitt lokalitajiet oħra li fihom qed jingħata dan is-servizz.

Aqra aktar

Il-Parlament ifakkar l-olokawst…isir appell importanti

Il-Parlament ilbieraħ filgħaxija fakkar is-70 anniversarju tal-olokawst u żamm minuta silenzju biex jagħti ġieħ lill-vittmi – sitt miljun Lhud, fosthom 1,500,000 tifel u tifla.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist  Bartolo qal li l-okkazzjoni m’għandhiex tkun biss tifkira tal-vittmi iżda li naħdmu biex nitgħallmu l-lezzjonijiet minn dan l-avveniment ħalli affarijiet koroħ bħal dawn ma jerġgħux jiġru.

Aqra aktar

Send this to a friend