parlament – Page 12 – One News

Notifiki

Issa Membri Parlamentari aktar siguri jekk jiġrilhom xi ħaġa fil-Parlament…

L-Ispeaker Anġlu Farrugia ppreżenta ċertifikati tal-kors bażiku tal-first aid lill-ħaddiema tal-Parlament u membri tal-Korp tal-Pulizija li jaqdu dmirhom fil-Parlament ta’ Malta.

Fid-diskors tiegħu, l-Ispeaker tkellem fuq l-importanza li l-amministrazzjoni tal-Parlament tagħti lit-taħriġ kontinwu lill-ħaddiema u lill-pulizija li jservu fil-Parlament ta’ Malta. Dan qed isir bl-għan li tisaħħaħ is-sigurtà fil-Parlament biex b’hekk ikunu mħarsa u protetti dawk kollha li jagħmlu użu mill-bini tal-Parlament. It-taħriġ lill-ħaddiema fil-first aid jikkumplimenta t-taħriġ li sar matul is-sena li għaddiet fit-tifi tan-nar u l-lift emergency training.

Aqra aktar

27 ta’ Marzu: meta l-Parlament jibda jiddiskuti l-abbozz ta’ liġi dwar il-midja u l-malafama

Il-Parlament se jibda jiddiskuti l-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Midja u l-Malafama fis-27 ta’ Marzu. Id-deċizjoni kienet komunikata lill-Oppożizzjoni mill-whip tal-gvern Godfrey Farrugia f’laqgħa tal-Kumitat permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra it-Tnejn fil-għaxija.

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici ppreżenta l-ewwel qari tal-abbozz, li qajjem kontroversja kbira, f’Ottubru li għadda.

Fost affarijiet oħra, l-abbozz jaħseb sabiex jiġu aġġornati l-liġijiet dwar il-malafama, it-tneħħija ta’ libel kriminali fil-liġijiet dwar il-midja, l-introduzzjoni ta’ liġi ta’ tort ċivili ġdid ta’ inġurja, u r-regolamentazzjoni ta’ aħbarijiet fuq siti elettroniċi u servizzi ta’ ġrajjiet kurrenti.

Aqra aktar

REKORD: 821 operazzjoni tal-bdil tal-irkoppa

Fl-2016 saru 821 operazzjoni tal-bdil tal-irkoppa, imħallsa mill-Gvern. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament, mill-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said.

Aqra aktar

“Tippolitizzawx il-kriminalità” – Joseph Muscat

Fil-Parlament, il-Prim Ministru tkellem dwar stqarrija ministerjali li saret mill-Ministru Carmelo Abela fuq l-isplużjoni li seħħet dalgħodu. Huwa qal li s-sitwazzjoni mhix normali u bħala Gvern qed juri tħassib u għandu r-responsabbiltà li jara li fil-pajjiż ikun hawn is-sigurtà.

Madankollu il-Gvern mhux kuntent li l-Oppożizzjoni tipprova tippolitiċizza l-każ. Qatt ma niftakar, qal Dr Muscat, li l-Oppożizzjoni Laburista ppolitiċizzat każi ta’ kriminalità.

Huwa appella lill-Oppożizzjoni biex ma tagħmilx ballun politiku mis-sitwazzjoni u għandha tara li l-Kamra tibgħat lill-kriminalità organizzata li mhux se jħallihom iweġġgħu nies innoċenti.

Aqra aktar

ENERĠIJA: Storbju minflok argumenti min-naħa tal-Oppożizzjoni

L-atteġġjament tal-Oppożizzjoni fil-Parlament waqt id-dibattitu dwar l-enerġija kien mibni fuq l-istorbju minflok fuq l-argumenti raġunati. Innota dan il-Ministru Edward Scicluna li fakkar kif amministrazzjoni Nazzjonalista tilfet l-opportunità li tgħaqqad lil Malta mal-pajp tal-gass Ewropew, minħabba li insista li jkompli juża l-Heavy Fuel Oil.

Aqra aktar

Send this to a friend