parlament | One News - Part 10

Notifiki

Opinjonisti jinnotaw il-konfużjoni fil-ftehim bejn Simon u Marlene

Żewġ opinjonisti ewlenin fil-gazzetti tal-Ħadd, l-eks Ministru Michael Falzon u Michela Spiteri, nnotaw il-mod xejn tajjeb kif beda jew tħabbar il-ftehim bejn Marlene Farrugia, tal-Partit Demokratiku u Simon Busuttil, Kap tal-Partit Nazzjonalista.

“Simon Busuttil jgħid li d-deal mhux lest u Marlene Farrugia tagħti d-dettalji fuq facebook,” innota Michael Falzon li l-artiklu tiegħu jirrifletti wkoll fuq l-instabbiltà li jista’ jkun hemm fi gvern li Marlene Farrugia tkun tagħmel parti minnu.

Meta tkellem dwar kif bdew ħerġin id-dettalji minn Marlne Farrugia, Falzon iddeskriva dan “bħala strateġija minn naħa ta’ Farrugia” u biex isaħħaħ l-argument tiegħu jgħid li mhux biss kien hemm kummenti fuq facebook, iżda artiklu maħsub bid-dettalji fit-Times of Malta mid-deputat mexxej tagħha Anthony Buttigieg.

Michael Falzon jitkellem dwar ix-xenarji possibbli u jgħid li jekk jirbaħ il-Partit Nazzjonalista mal-Partit Demokratiku, Marlene Farrugia tkun qed tikkontrolla l-gvern.

Aqra aktar

Malta fost il-ftit pajjiżi fejn hemm nisa jmexxu; bżonn urġenti ta’ aktar

Pajjiżna huwa wieħed mill-ftit pajjiżi madwar id-dinja fejn hemm nisa jmexxu. Dan skont rapport tan-Nazzjonijiet Magħquda li minkejja li pajjiżna miexi fit-triq it-tajba l-mexxejja ta’ stat jew Gvern nisa niżel minn 19 għal 17 fl-2015 madwar id-dinja.

F’pajjiżna għandna rappreżentanti nisa fil-Parlament filwaqt li waħda mill-ogħla figuri tal-pajjiż, il-President, hija ukoll mara.

Ir-rapport jinnota li n-numru ta’ nisa fil-Parlament madwar id-dinja qed jibqa’ baxx. Il-medja ta’ nisa fil-Parlament żdiedet minn 22.6% fl-2015 għal 23.3% fl-2016.

Aqra aktar

“Fenech Adami jrid jaħbi l-kriżijiet reali ta’ madwaru”

 

Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici irrefera għad-diskors li għamel id-deputat kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami fis-sessjoni Parlamentari tat-Tnejn, dwar dak li qed jara bħala “kriżi f’Identity Malta” u staqsa jekk din kinitx mossa biex jaħbi l-kriżijiet reali li jeżistu viċin tiegħu, viċin il-partit tiegħu u viċin il-leadership tal-partit.

Il-Ministru Bonnici qal li l-każijiet li rrfera għalihom Fenech Adami huma diġa’ riżolti.

Aqra aktar

Approvati l-miżuri tal-estimi

Il-Parlament illejla approva l-Abbozz ta’ Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi bi 35 vot favur u 29 vot kontra wara li l-Oppożizzjoni talbet votazzjoni fut it-tielet qari.

L-abbozz, imressaq mill-Ministru għall-Finanzi, tressaq f’Ottubru u ttieħdu 12-il seduta biex ġie diskuss fit-tieni qari u tnejn fil-kumitat.

Aqra aktar

Eks Membri Parlamentari jinsistu li jridu lil kulħadd fil-Parlament FULL TIME

L-Assoċjazzjoni tal-Ex Membri Parlamentari Maltin minn zewg naħat ta’ l-isfera politika issottomettew diversi proposti ta’ kif għandu jiġi u jitmexxa l-Parlament ta’ pajjiżna fil-futur ġejjieni.

Fost il-proposti hemm li kull persuna li tiġi eletta fl-għola kariga tal-pajjiż għandha tidħol f’din il-kariga fuq bażi fulltime.

Fi kliem l-Assoċjazzjoni: “Dan l-aspett finanzjarju ippoġġi lill kull Membru fuq bażi soda li jkun finanzjament indipendenti. Fil-preżent huma dawk biss fil-karigi ta’ Ministri jew Segretarji Parlamentari flimkien mal-Kap ta’ l-Oppozizzjoni li huma ikkonsidrati bħala full timers”.

Aqra aktar

Illum il-Parlament jiddiskuti l-konfini elettorali… ara kif ġejjin

Illum, il-Kamra tad-deputati se tiddiskuti mozzjoni tal-Prim Ministru biex taċċetta r-rapport tal-Kummissjoni Elettorali dwar il-konfini elettorali riveduti. Dan wara li l-maġġoranza tad-distretti m’humiex skont il-kwota stabbilità.

Il-kostituzzjoni tipprovdi għal kwota f’kull distrett u n-numru ta’ votanti f’kull distrett ma jistax ikun ta’ 5% iktar jew inqas minn din il-kwota.

Iżda, kif tiġi stabbilita? Is-sistema taqbad in-numru totali ta’ votanti fl-ewwel tnax–il distrett elettorali, li bħalissa huwa ta’ 311,256 u tiddividih b’sittin, in-numru ta’ kandidati li jridu jkunu eletti fuq dawn it-tnax–il distrett elettorali. It-tliettax–il distrett, jiġifieri Għawdex, huwa eskluż dejjem għax bil-kostituzzjoni dak huwa distrett elettorali wieħed.Aqra aktar

LIĠI MEDIA: L-OSCE tgħid li kellu bżonn kulħadd bħal Malta

“Once again, our office does not always work so closely with a government on a draft media bill. You set a demanding precedent here for your colleagues – all the more while you are EU Presidency.”

Dan huwa kelma b’kelma dak li qalet l-OSCE, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa li taħdem favur l-istabilità, il-paċi u d-demokrazija.

Aqra aktar

Il-Partit ta’ Rutte jirbaħ l-elezzjoni fl-Olanda bl-akbar rappreżentanza Parlamentari

Il-Prim Ministru Olandiż, Mark Rutte, rebaħ l-elezzjoni Olandiża bl-ikbar numru ta’ siġġijiet Parlamentari waqt l-elezzjoni tal-bieraħ.

B’madwar 95% tal-voti diġà ngħaddew, u m’hemm l-ebda ċans li din l-aħbar tinbidel, il-Partit ta’ Rutte, dak liberali taċ-Ċentru Lemini, se jkun qed ikollu 33 membru Parlamentari minn 150, fejn dan l-ammont qed jitqies bħala l-ikbar ammont li qatt kellu partit fil-Parlament.

Aqra aktar

Lesti l-istudji dwar il-breakwater ta’ Marsaxlokk; ix-xogħol jibda f’Ottubru

Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes ħabbar li tlestew l-istudji preliminari dwar il-breakwater propost li jsir f’Marsaxlokk u l-applikazzjoni ta’ żvilupp mistennija titressaq quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar ix-xahar id-dieħel.

Meta introduċa l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd, Galdes qal  li l-proġett se jiswa bejn 20 u 25 miljun ewro u la darba joħroġ il-permess, ix-xogħol mistenni jibda f’Settembru jew Ottubru.

Aqra aktar

Send this to a friend