parlament – One News

Notifiki

Żewġ kanditati b’diżabilità jitilgħu fil-Parlament Ġappuniż

Żewġ persuni b’diżabilità fil-Ġappun il-Ħadd rebħu siġġu fil-Parlament Ġappuniż. Il-midja Ġappuniża qiegħda tirraporta li dan huwa sinjal li l-attitudni fil-konfront ta’ persuni b’diżabilità qiegħda tinbidel f’dan il-pajjiż. Meta fil-passat persuni b’diżabilità ma kinux mħeġġa jieħdu sehem b’mod attiv f’dak li jiġri f’pajjiżhom. Aqra aktar

Jintemm il-proċess Parlamentari biex titwaqqaf l-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex

L-abbozz tal-liġi biex titwaqqaf l-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex għadda mill-istadji kollha tal-Parlament hekk kif ingħalaq l-istadju tat-tielet qari. Permezz ta’ din l-Awtorità l-ġdida, se jissaħħaħ il-qafas istituzzjonali f’Għawdex fejn l-awtorità ser tassigura li Għawdex ikollu strateġija ta’ żvilupp reġjonali li tiġi riveduta biex il-qafas ekonomiku, soċjali u ambjentali ta’ Għawdex ikun kontinwament aġġornati għaċ-ċirkostanzi li jinbidlu u l-opportunitajiet li jinħolqu.

Fi stqarrija, l-Ministeru għal Għawdex qal li dan huwa pass importanti immens fl-iżvilupp reġjonali ta’ Għawdex li għandu jitqies bħala wieħed storiku.

Send this to a friend