parlament ingliz – One News

Notifiki

Boris Johnson b’wegħda friska għal ftehim dwar Brexit

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson wiegħed li se jagħmel l-aħjar li jista’ biex jikseb ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar Brexit sal-31 ta’ Ottubru li ġej. Dan sigħat wara li deċiżjoni tiegħu li jissospendi l-Parlament Ingliż ix-xahar id-dieħel xprunat rabja kbira f’pajjiżu, tant li saret petizzjoni li fi ftit sigħat ġabret mal-miljun firma. Aqra aktar

Jieqfu d-diskussjonijiet dwar Brexit jum qabel vot f’Westminster dwar l-abbozz tat-tluq

Diskussjonijiet dwar Brexit bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea għadhom ma komplewx, skont l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Ingliż f’Downing Street, minkejja li baqa jum biss biex jittieħed vot fil-Parlament Ingliż dwar l-abbozz tat-tluq.

Il-Prim Ministru Theresa May tkellmet mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker il-Ħadd filgħaxija wara li jiem ta’ diskussjoni bejn iż-żewġ partijiet ma wasslu għall-ebda soluzzjoni. Dawn id-diskussjonijiet mistennija jkomplu t-Tnejn bil-ħsieb li jkunu ffinalizzati t-tibdiliet meħtieġa qabel il-vot tat-Tlieta f’Westminster.

Ir-Renju Unit mistenni jitlaq b’mod uffiċjali mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ dan ix-xahar.

Il-Parlament Ingliż jivvota bil-qawwa kontra Brexit

Il-Parlament Ingliż ivvota kontra l-ftehim maqbul bejn il-Prim Ministru Ingliż Theresa May u l-Unjoni Ewropea dwar Brexit.

B’202 favur u 432 vot kontra, kif mistenni kien hemm oppożizzjoni qawwija għall-ftehim ta’ Brexit. F’indirizz li għamlet eżatt wara li nqara l-vot, il-Prim Ministru Theresa May qalet li tirrispetta d-deċiżjoni tal-vot fil-Parlament.

Minkejja dan qalet li r-rappreżentanti tal-poplu Ingliż għandhom ukoll jirrispettaw ir-rieda tal-poplu f’Ġunju ta’ tliet snin ilu vvutaw favur Brexit. Il-mexxej tal-Partit Laburista Ingliż Jeremy Corbyn saħaq li dan kien vot ta’ sfiduċja fil-Gvern ta’ May. Qal li dan kien l-akbar vot fejn Gvern ġie sfiduċjat f’100 sena.

Huwa ressaq mozzjoni ta’ vot ta’ sfiduċja fil-Gvern Ingliż u din se tiġi diskussa għada.

Aġġornat: l-inċident barra l-Parlament Ingliż qed jitqies bħala attakk terroristiku

L-inċident li seħħ dalgħodu meta karozza nstaqet għal fuq il-barrikat li jiċċirkondaw il-Parlament Ingliż f’Westminster qed jitqies mill-Awtoritajiet bħala attakk terroristiku.

Is-sewwieq tal-karozza qed jinżamm arrestat mill-Pulizija filwaqt li diversi persuni qed jingħataw il-kura fl-Isptar. Minkejja dan, jidher li ħadd minnhom mhu fil-periklu li jitlef ħajtu.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qal li ma hemm ebda rapporti ta’ Maltin li kunu nvoluti fl-inċident.
Aqra aktar

Membri Parlamentari Ingliżi vvotaw favur Brexit

Membri parlamentari Ingliżi vvotaw b’maġġoranza ta’ 384 biex jippermettu lill-Prim Ministru Theresa May tmexxi bin-negozjati ta’ Brexit; il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Il-membri Parlamentari Ingliżi appoġġja id-deċiżjoni b’498 vot favur u 114 kontra. Kien hemm min oppona, fosthom l-SNP, Plaid Cymru u d-Demokratiċi Liberali, filwaqt li 27 memru parlamentari laburist u l-eks kanċillier tat-Tories kienu voċiferi u kontra.

Issa d-deċiżjoni trid tgħaddi taħt l-iskrutinju tal-House of Commons u l-House of Lords fil-Parlament Ingliż.

Send this to a friend