parkeġġ – Page 2 – One News

Arranġamenti ġodda tal-parkeġġ fil-Belt

B’rabta mal-avvenimenti relatati mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, għada, 27 ta’ Jannar 2017, se jkun restritt it-traffiku u mhux se jkun permess li jsir parkeġġ fit-toroq u fil-ħinijiet indikati, ġewwa l-Belt Valletta:

Aqra aktar

L-arranġamenti tal-parkeġġ fil-Belt Valletta diskussi fil-Parlament

L-effetti negattivi fuq ir-residenti tal-Belt Valletta b’rabta mal-parkeġġ u l-miżuri tas-sigurtá li jridu jittieħdu tul il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ġew diskussi fis-seduta plenarja tal-illejla.

B’risposta għall-mistoqsija parlamentari, l-Ministru għall-Intern Carmelo Abela stqarr li mix-xahar id-dieħel is-sitwazzjoni se titjieb. Il-whip tal-Oppożizzjoni, David Agius, staqsa jekk jistgħux jittieħdu xi miżuri biex din il-problema tiġi ndirizzata.

Aqra aktar

Żewġ sottomissjonijiet b’rabta ma’ soluzzjoni ta’ parkeġġ fil-Mosta

Dalgħodu, fil-preżenza tal-pubbliku Projects Malta Ltd fetħet is-sottomissjonijiet b’rabta mas-Sejħa għal Proposti għad-disinjar, bini u tħaddim ta’ parkeġġ taħt l-art fil-Mosta.

B’kollox Projects Malta Ltd irċeviet żewġ sottomissjonijiet: City Square Parking JV u Express Car Parks JV.

Il-proċess li jmiss hu li s-sottomissjonijiet jgħaddu minn proċess ta’ evalwazzjoni, liema proċess iwassal għat-tħabbir tal-Preferred Bidder.

Aqra aktar

Int kif taħsibha fuq din?

Dan ir-ritratt sibnih fuq il-paġna Facebook Malta Diżastru Totali, li ta’ spiss ikun fiha xi bawxata milli nafu nagħmlu aħna l-Maltin.

Li l-parkeġġ f’pajjiżna sar problema, ħafna jafuha għax jesperjenzawha ta’ kuljum. Hemm min iżda jbiddel din l-isfida f’opportunità biex ikun kreattiv u kif jgħidu bl-Ingliż, xi ftit tal-problem-solver.

Aqra aktar

Sejħa biex il-privat jinvesti fi spazji ta’ parkeġġ fil-Mosta  

Bis-sehem tal-privat hemm il-ħsieb li fil-Mosta jsiru parkeġġi ġodda fl-istess ħin li jinħolqu iktar spazji miftuħa għall-pubbliku.

Biex jintlaħaq dan il-għan Projects Malta Ltd ħabbret li nhar it-Tlieta se toħroġ sejħa pubblika biex tilqa’ proposti għal bini ta’ parkeġġ jew parkeġġi ġodda fil-Mosta u l-ħolqien ta’ aktar spazji miftuħa għall-pubbliku.Aqra aktar

Kjarifikazzjoni wara allarm mill-Iskalin

Fi stqarrija, Projects Malta kjarifikat li għad m’hemmx ftehim sabiex tiġi żviluppata biċċa art għal spazju ta’ parkeġġ taħt l-art, f’Wied il-Għajn.

Dan b’reazzjoni għal numru ta’ rapporti li ħarġu mill-istampa li ġabu reazzjoni qawwija mis-sidien ta’ numru ta’ boat houses. Dan għaliex intqal li riżultat ta’ dan il-proġett ikollhom jiġu rilokati numru ta’ postijiet tas-sidien tad-dgħajjes.

Aqra aktar

Attakkat minn ‘parker’ f’parkeġġ pubbliku

Ingliż ta’ 59 sena li ilu jgħix Malta diversi snin allega mat-Times of Malta li safa attakkat minn ‘parker’ ta’ parkeġġ fil-Qawra. Dan wara li l-Ingliż irrifjuta li jħallas tal-parkeġġ, fid-dawl li l-parkeġġ huwa b’xejn, tant li dwar dan hemm tabelli minn Transport Malta.

Aqra aktar

Send this to a friend