parkeġġ – One News

Jibda’ l-bini ta’ parkeġġ ġdid ta’ 1,300 karozza fl-Ajruport

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta beda x-xogħlijiet sabiex jinbena kumpless ta’ parkeġġ ġdid ta’ 1,300 karozza. Dan il-proġett multimiljunarju, li mistenni jitlesta sa sentejn oħra, se jkun qed jieħu post il-parkeġġ tal-impjegati tal-ajruport.

Dan il-parkeġġ se jkun qed jinbena fuq numru ta’ sulari għalekk il-karozzi ta’ dawk li jużawh se jkunu protetti mill-elementi. Bħala parti mill-proġett se tinbena wkoll mina taħt l-art li se tgħaqqad dan il-parkeġġ mat-terminal prinċipali tal-ajruport.Aqra aktar

“Avventura” sesswali f’ċimiterju swiethom qares

Avventura sesswali bejn raġel ta’ 42 sena u prostitua swiethom qares wara li kienu mmultati €10,000 ewro kull wieħed. Jidher li din l-avventura saret biswit ċimiterju f’Padova.

Wara rapporti u ilmenti minn diversi membri tal-pubbliku, il-Pulzija marru fuq il-post u minnufih żammu lill-koppja responsabbli ta’ atti mhux xierqa fil-pubbliku.

Huma mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin, għalkemm hemm ċans li din id-deċiżjoni tinbidel.

Il-Gvern u l-GWU bi ftehim dwar il-parkeġġ għall-ħaddiema tal-Isptar MDH

Il-General Workers’ Union u l-Gvern wasslu fi ftehim biex il-Gvern ikopri l-ispiża għall-provvista ta’ parkeġġ b’xejn għall-ħaddiema li kienu jużaw il-parkeġġ tal-Isptar Mater Dei. Fl-istess ħin, ħaddiema li ma jużawx il-vettura privata tagħhom jingħataw allowance ta’ €18 biex tkun ta’ inċentiv ħalli jużaw transport alternattiv. Aqra aktar

Inawgurat l-ewwel parkeġġ f’Marsaxlokk

Medda ta’ art mimlija skart tal-kostruzzjoni f’Marsaxlokk inbidlet f’parkeġġ li jesa’ madwar 250 vettura b’investiment ta’ madwar milju u nofs ewro..

Il-Ministru Konrad Mizzi qal li dan il-proġett jagħmel parti minn proġett li mistenni jirriġenera r-raħal tas-sajjieda f’għadd ta’ fażijiet.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Parkeġġ ta’ 250 karozza f’Marsaxlokk

Il-proġett għar-riġenerazzjoni ta’ Marsaxlokk qed jitkompla permezz ta’ fażi importanti oħra li qed issir b’investiment ta’ miljun u nofs ewro u li bdiet fis-sebgħa u għoxrin ta’ Novembru li għadda.

Fażi li tinkludi l-iżvilupp ta’ parkeġġ wara l-grawnd tal-futbol ta’ Marsaxlokk.

Aqra aktar

Rati orħos għall-parkeġġ f’Mater Dei

Fix-xhur li ġejjin il-pubbliku li jżur l-isptar Mater Dei mistenni jibda jħallas tariffi orħos għall-parkeġġ.

Ħabbar dan id-deputat Prim Minitru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fil-Parlament bit-tweġiba għall-mistoqsija tad-deputat Godfrey Farrugia.

Il-Ministru qal li r-rati preżenti li jvarjaw minn tmenin ċenteżmu għal aktar aktar minn erbgħa ewro huma skont il-kuntratt li daħal fis-seħħ f’Jannar tal-elfejn u tmienja.

Dr Fearne qal li skont il-kuntratt rivedut f’Jannar tal-2008, Gvern Nazzjonalista intrabat li mhux talli ma jdaħħal xejn mill-parkeġġ pubbliku tal-isptar, iżda saħansitra jħallas hu lill-kuntrattur għal servizzi u manutenzjoni tal-apparat.

Il-Ministeru għas-Saħħa żied li l-Gvern qiegħed fil-proċess li jinnegozja kuntratt ġdid għat-tmexxija tal-parkeġġi pubbliċi kollha tal-Isptar Mater Dei.

Fil-fatt, il-Ministru qal li l-kuntratt issa huwa aġġudikat u se jiżgura li l-kuntrattur ikun responsabbli mit-tmexxija kollha tal-parkeġġ, inkluż manutenzjoni tal-apparat relatat, kif ukoll jiżgura li l-Gvern ma joħroġx flus anzi jdaħħal il-flus permezz ta’ dan l-arranġament.

Fl-istess waqt il-kuntratt il-ġdid se jiggarantixxi rati orћos ta’ parkeġġ għal pubbliku.

 

Immultat wara li ppoża ta’ parker

Transport Malta laqgħet b’sodisfazzjon id-deċiżjoni li ħadet il-Qorti, deċiżjoni li ssostni l-ħidma tal-Awtorita’ u tal-Pulizija biex jipproteġu lis-sewwieqa fil-parkeġġi pubbliċi.  Il-Maġistrat Joe Mifsud immulta persuna mhux liċenzjata li ppożat ta’ parker f’parkeġġ pubbliku fil-Belt Valletta, ħames mitt ewro, il-massimu li tippermetti l-liġi, u ċaħħdu milli jersaq f’din iż-żona għal perjodu ta’ sitt xhur.  Jekk jinqabad hemm jista’ jeħel il-ħabs.

Aqra aktar

Pika tista’ xxekkel proġett fil-Mosta

Pika interna u opportuniżmu politiku waslu biex il-Kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista fil-Mosta jieħdu attitudni li tfixkel wieħed mill-iktar proġetti bżonnjużi għal din il-lokalità; dak ta’ parkeġġ fiċ-ċentru tal-lokal.

Aqra aktar

Send this to a friend