Parigi – One News

Notifiki

Joqtol erba’ uffiċjali tal-Pulizija barra d-depot f’Pariġi

Aggressur inqatel b’tiri minn arma tan-nar wara li attakka u  qatel erba’ uffiċjali tal-pulizija b’sikkina barra l-kwartieri ġenerali fiċ-ċentru ta’ Pariġi. Jidher li l-aggressur, li allegatament kien impjegat tad-diviżjoni tal-intelliġenza tal-pulizija Franċiża għal 20 sena, daħal fl-uffiċċju tiegħu u ħebb għall-kollegi tiegħu b’sikkina. Il-Pulizija eventwalment sparat tiri fuq l-aggressur u qatlitu.

Bosta persuni li dak il-ħin kienu fil-viċinanzi kellhom jingħataw il-kura fuq il-post. Il-President Emmanuel Macron, il-Prim Ministru Edouard Phillipe u l-Ministru Christophe Castaner ilkoll kienu preżenti fuq il-post. L-inħawi magħrufa bħala île de la Cité, ftit ‘il bogħod mill-katidral ta’ Notre Dame, ingħalqu għall-pubbliku.

Dan l-attakk seħħ jum biss wara li l-Pulizija Franċiża mexxiet strajk madwar il-pajjiż kontra l-vjolenza fil-konfront ta’ uffiċjali tal-pulizija fost l-oħrajn.

Macron b’wegħdiet ġodda biex jagħti risposta lil min kien qed jipprotesta

Il-President Franċiż Emmanuel Macron ta risposta lill-moviment tas-sdiri soforb’wegħdiet ta’ tnaqqis fit-taxxa, pensjonijiet ogħla u riforma fis-servizz ċivil. Minkejja li insista li jrid jerġa jkun hemm l-ordni, huwa rrikonoxxa n-nuqqas ta’ fiduċja fl-establishment.

Il-protesti, li kemm-il darba kienu vjolenti, bdew f’Novembru dwar żidiet fil-prezzijiet tal-fjuwil, iżda twessgħu għal diversi ilmenti fuq l-inugwaljanza ekonomika. Macron sostna li kien se jżomm mar-riformi tiegħu. Id-diskors kien skedat għal ħmistax t’ April, iżda kien pospost wara li l-Katedral Notre-Dame inħakem min-nirien.

Il-President Franċiż irrikonoxxa li fil-qalb tal-moviment kien hemm talbiet ġusti.

Send this to a friend