papa – One News

Notifiki

L-Isqof Mario Grech se jibqa’…

Kienu bosta n-nies li staqsewni jew qaluli: ”Issa mhux se jibqa’ miegħek siehbek!”  Kienu qed jgħidu għall-Isqof Mario Grech,  li l-Papa għajjatlu ħalli jkun eventwalment is-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-isqfijiet mid-dinja kollha.  Is-sinodu,  għal min ma jafx,  huwa ħolqien ta’ Papa Pawlu V1,  li kien ħolqu b’ittra fil-15 ta’ Settembru, 1965,  ħalli x-xogħol li kien sar fil-Konċilju Vatikan it-Tieni jitkompla u mhux kollox imur għall-istorja.

Għas-sinodu jissejħu isqfijiet mid-dinja kollha u l-ħsieb huwa li jagħti pariri lill-Papa fuq it-tmexxija tal-Knisja. Hija sessjoni konsultattiva,  insomma qisha assemblea parlamentari konsultattiva, bħal meta jiltaqgħu fil-Ġnus Magħquda, fil-Kunsill tal-Ewropa u ħafna organizzazzjonijiet oħra. U s-Segretarju Ġenerali jkollu t-tmexxija tagħha f’idejh.Aqra aktar

“Irridu nkunu l-artiġjani tal-paċi”- il-Papa Franġisku

Irridu nkunu l-artiġjani tal-paċi. Dan il-messaġġ tal-Papa Franġisku fl-Urbi et Orbi tiegħu fl-okkażjoni tas-sena l-ġdida. Fi Pjazza San Pietru mimlija, il-Papa qal li l-ħidma ta’ paċi għandha tibda mid-djar u l-familja tagħna. Xogħol li għandna nwettqu ta’ kuljum, tul is-sena kollha.

Fil-fatt, fakkar kif il-Papa Pawlu sitta kien iddikjara l-ewwel ta’ Jannar bħala jum il-paċi. Il-Papa tenna l-messaġġ tiegħu tal-Milied, ta’ fraternità, paċi u prosperità.Aqra aktar

Il-Papa jħabbar 14-il kardinal ġdid

Il-Papa Franġisku ħabbar ir-raba’ konċistorju tiegħu sabiex issa ser ikun ikkreja 59 kardinal fil-kulleġġ tal-eletturi f’konklavi futuri. Il-bqija tal-kardinali kienu maħtura minn Benedittu XVI li ħatar 46 kardinal u 21 oħra minn San Ġwanni Pawlu “Il-Kbir”. B’hekk f’eventwalità ta’ konklavi bħalissa l-Knisja għandha sitt kardinali aktar min-norma ta’ 120 il-kardinali eletturi mposti mill-Kostituzzjoni Appostolika Pastor Bonus ta’ Ġwanni Pawlu II.

Il-Konċistorju Straordinarju li fih il-Papa ser jikkreja dawn l-erbatax il-kardinali ġodda ser iseħħ nhar id-29 ta’ Ġunju, nhar is-solennità ta’ San Pietru u San Pawl magħrufa aħjar fostna bħala l-Imnarja.Aqra aktar

L-Arċisqof Scicluna lura Malta wara xogħol fiċ-Ċili

L-Arċisqof Charles J. Scicluna wasal lura Malta llum wara nofsinhar wara ġimagħtejn fiċ-Ċilì fuq xogħol assenjat lilu mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku.

Fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ġie milqugħ minn ommu, ħutu u qraba oħra, u mill-Vigarju Ġenerali, Mons. Joe Galea Curmi.

L-Arċisqof ser ikompli bil-ħidma tiegħu fl-Arċidjoċesi ta’ Malta, bl-ewwel impenn pubbliku jkun nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Marzu.

Dakinhar Mons. Arċisqof ser imexxi l-pellegrinaġġ bl-istatwa devota ta’ Ġesù Redentur u jiċċelebra Quddiesa fl-Isla.

Monsinjur Għawdxi maħtur Isqof Titulari b’inkarigu fil-Korea t’Isfel

Il-Monsinjur Għawdxi Alfred Xuereb inħatar bħala Isqof Titulari,  b’inkarigu diplomatiku bhala Nunzju Appostoliku f’ Seoul ġewwa l-Korea t’Isfel.

Xuereb li twieled fir-Rabat Għawdex f’Ottubru tas-sena elf disa’ mija tmienja u ħamsin, bħalissa qiegħed jokkupa l-kariga ta’ segretarju ġenerali tas-Segretarjat tal-Ekonomija fil-Vatikan mmexxi mill-Kardinal George Pell.

Monsinjur Xuereb kien it-tieni segretarju tal-Papa Benedittu sittax u għal xi żmien anke ħadem mill-qrib mal-Papa Franġisku.

 

Jipproponilha quddiem il-Papa

Għalkemm imdorrijin naraw koppji miżżewġin li jitilgħu fil-Vatikan għall-benedizzjoni tal-Papa, xena mhux tas-soltu ġrat taħt għajnejn il-Papa hekk kif hu kien preżenti għal proposta taż-żwieġ.

Raġel niżel fuq sieq waħda u ħareġ ċurkett. Ovjament hi aċċettat!

 

Send this to a friend