Papa Franġisku – Page 4 – One News

Notifiki

“Għamiltu tajjeb” – il-Papa Franġisku lill-abbatini Maltin

Il-Papa Franġisku llum iltaqa’ mat-tieni grupp tal-Abbatini Maltini. L-abbatini offrew lill-Papa Franġisku s-somma ta’ €300 għall-vittmi tat-terremot fl-Italja, bħala ġest ta’ solidarjetà ma min tilef kollox.

B’mod partikolari ftakru fit-tfal li sfaw imċaħħda mill-bżonnijiet kollha.

Il-Papa qal lill-abbatini “għamiltu tajjeb”, talab fuqhom u berikhom.

Aqra wkoll: http://www.one.com.mt/news/l-ewwel-darba-li-missejt-ma-san-pietru/

Jindirizza eluf ta’ żgħażagħ fil-Polonja

Il-Papa Franġisku indirizza aktar minn sitt mitt elf żagħżugħ u żagħżugħa li nġabru fi Krakovja għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

Huwa ħeġġiġhom biex juru kompassjoni mal-immigranti u jilqgħuhom f’pajjiżhom. Minkejja li l-Polonja – il-post fejn tkellem il-Papa – għandha għeruq kbar Kristjani, il-Gvern ma jaqbilx mal-kwota mandatorja tal-Unjoni Ewropea ta’ kemm għandu jaċċetta immigranti.Aqra aktar

Il-Papa Franġisku b’tigra fil-Vatikan

Il-Papa Franġisku jidher imelles tigra ġewwa l-Vatikan f’avveniment li matulu ltaqgħa ma’ bosta animaturi u ħaddiema taċ-ċirku. Huwa faħħar il-mod ta’ kif dawn l-animaturi jiddedikaw il-wirja tagħhom: “Għal dawk l-aktar fil-bżonn, foqra u li ma għandhomx dar, priġunieri u tfal anqas iffurtunati.”

Aqra aktar

Papa Franġisku rikonoxxut għas-servizz tiegħu lejn Ewropa magħquda

Il-Papa Franġisku ngħata l-Premju Charlemagne għas-servizz tiegħu lejn Ewropa magħquda.

Quddiem udjenza mdaqqsa, li fosthom kien hemm il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel, il-Papa saħaq li huwa joħlom li jara l-Ewropa bħala post fejn wieħed ikun immigrant ma tkunx xi ħaġa ta’ skrutinju, u li l-Ewropa tibqa’ tippromovi u tipproteġi d-drittijiet ta’ kull individwu, irrelevanti minn fejn hu ġej.Aqra aktar

Send this to a friend