Papa Franġisku – Page 3 – One News

Notifiki

Tifla titla’ tpoġġi bilqiegħda ħdejn Papa Franġisku

Tifla innocenti li għandha l-kundizzjoni down syndrome qamet minn postha u telgħet tpoġġi ħdejn il-Papa.

L-Uffiċjali tas-sigurtà kienu pronti telgħu biex joħduha lura f’postha hdejn ommha.

Il-Papa Franġisku pront pront waqaf, u qal lit-tifla ”Ejja poġġi ħdejja”.

It-tifla hekk għamlet u l-Papa kompla jippriedka waqt li żamm id it-tifla f’idejh.

 

Bil-Filmat: Papa Franġisku fic-Ċili u l-Perù

Il-Papa Franġisku beda t-22 vjaġġ tiegħu barra l-Italja il-bieraħ it-Tnejn 15 ta’ Jannar 2018, meta tela’ fuq titjira mill-Ajruport ta’ Ruma għal vjaġġ ta’ 15-il siegħa lejn Santiago, Ċili.
Iż-Żjara Appostolika tal-Papa lejn iċ-Ċili u l-Perù se tieħdu f’sitt bliet differenti fi ftit inqas minn ġimgħa. Il-vjaġġ tiegħu jibda fil-kapitali taċ-Ċilen ta’ Santiago, fejn, minbarra l-quddies għall-fidili, il-Papa għandu jiltaqa’ mal-mexxejja ċivili u dawk reliġjużi kif ukoll iżur il-ħabs tan-nisa.

Għada l-Erbgħa, il-Papa se jżur Temuco, belt b’popolazzjoni indiġena kbira, qabel ma jirritorna f’Santiago għal-laqgħa maż-żgħażagħ.

Il-Papa Franġisku se jqatta’ l-aħħar ġurnata tiegħu fiċ-Ċili, fil-belt tal-port tat-tramuntana ta’ Iqique.

 

Il-Papa Franġisku lest joffri ċittadinanza lil Charlie Gard…minn kollox biex ma jmutx

Jaf ikun il-Papa Franġisku li jsalva lil Charlie Gard. Iċ-ċkejken Ingliż għandu mard serju li r-Renju Unit qed jirrifjuta li jħallas għalih, biex ikun jista’ jgħix.

Intervjena saħansitra l-President Amerikan Donald Trump, li mistenni jiltaqa’ mal-Ingliża Theresa May u jitkellem magħha dwar il-possibilità ta’ trattament fl-Istati Uniti u r-raġuni għala r-Renju Unit qed jirrifjuta l-kura. May u Trump se jiltaqgħu waqt laqgħa tal-G20 f’Hamburg, il-Ġermanja.

Aqra aktar

Possibiltà li rġiel miżżewġa jiġu aċċettati bħala qassisin

 

Il-Papa Franġisku qal li jaf jikkunsidra li jordna rġiel miżżewġin bħala qassisin – taħt ċirkustanzi speċifiċi – dan fid-dawl tan-nuqqas ta’ qassisin Kattoliċi.

Hu kien qed jitkellem dwar il-possibiltà ta’ viri probati, rġiel miżżewġin bi twemmin b’saħħtu, li jwettqu dawn id-dmirijiet.

“Irridu naħsbu dwar il-viri probati bħala possibiltà,” qal il-Papa waqt intervista ma’ gazzetta Ġermaniża, Der Zeit.

Aqra aktar

Il-Papa jħeġġeġ lill-kappillani jilqgħu żgħażagħ li jagħżlu koabitazzjoni

Il-Papa Franġisku ħeġġeġ lill-kappillani biex jilqgħu, jisimgħu u jifhmu liż-żgħażagħ li jagħżlu l-koabitazzjoni minflok żwieġ.

Meta ltaqa’ ma’ kappillani fi tmiem kors dwar il-proċess matrimonjali organizzat mis-Sacra Rota Romana, il-Papa qalilhom li għandhom ikunu qrib dawn iż-żgħażagħ fl-ispirtu tal-Vanġelu. “Fil-livell spiritwali u morali, dawn huma fost il-fqar li għalihom il-Knisja trid tkun omm li ma tabbandunahomx iżda li tersaq lejhom u tikkurahom. Dawn ukoll għandom l-imħabba ta’ qalb Kristu. Ħarsu lejhom intom ukoll b’ħarsa ta’ tenerezza u l-kompassjoni.”

Aqra aktar

IKOLLU JIRRIŻENJA! Ġlieda bejn il-Papa u l-Gran Mastru tal-Ordni ta’ Malta dwar condoms

Wara ġlieda dwar il-condoms, il-Gran Mastru tal-Ordni ta Malta Matthew Festing kellu jirriżenja.

Il-kap tal-Ordni Sovran Militari u Ospitalier ta’ San Ġwann, Matthew Festing, li jiġi l-Gran Mastru tal-Ordni, kien oppona investigazzjoni tal-Vatikan, għax sostna li timmina s-sovrenità tal-Ordni. Qal li jinsab inkwetat immens fuq il-kunflitt mal-Vatikan, u li l-Kavallieri mhux se jikkoperaw fejn tidħol investigazzjoni fuq l-affarijiet interni tal-Ordni.

Tkompli tgħaqad – gwerra bejn il-Kavallieri Maltin u l-Vatikan fuq każ dwar condoms

Il-Vatikan ikkonferma l-intenzjoni tiegħu li jinvestiga l-kontroversja li hemm madwar il-Kavallieri ta’ Malta, f’każ li jikkonċerna l-condoms.
Il-kap tal-Ordni Sovran Militari u Ospitalier ta’ San Ġwann, Fra Matthew Festing, li jiġi l-Gran Mastru tal-Ordni, qal li jopponi l-investigazzjoni tal-Vatikan, għax timmina s-sovrenità tal-Ordni. Qal li jinsab inkwetat immens fuq il-kunflitt mal-Vatikan, u li l-Kavallieri mhux se jikkoperaw fejn tidħol investigazzjoni fuq l-affarijiet interni tal-Ordni.
Fra Matthew spjega li tlieta mill-ħames membri investigati minn kumitat appuntat mill-Papa Franġisku kienu involtu f’fond li kien suġġett ta’ investigazzjoni interna, li eskalat meta kien imkeċċi l-kanċillier tal-Ordni, Albrecht von Boeselager. Il-Kavallieri jaraw dak l-inħdil bħala kunflitt ta’ interess, filwaqt li l-Vatikan malajr wieġeb jgħid li jemmen fil-kumitat tiegħu, u li se jirrifjuta kull attentat li jkunu skreditati l-membri f’dan il-kumitat.

Aqra aktar

Gwerra bejn l-Ordni ta’ Malta u l-Vatikan fuq il-condoms

Il-Papa Franġisku għandu sfida straordinarja quddiemu. Hija sfida li tirrigwarda l-kontraċettivi u l-Ordni Sovran Militari u Ospitalier ta’ San Ġwann.

Skont The Guardian, dawn tal-aħħar qed jirrifjutaw li jikkollaboraw f’investigazzjoni dwar it-tkeċċija ta’ uffiċjal għoli li ddistribwixxa eluf kbar ta’ kontraċettivi – condoms, biex inkunu preċiżi.

Il-kontroversja ilha għaddejja ġimgħat, imma l-Kavallieri tal-Ordni għamlu pass bla preċedent meta irrifjutaw li jgħinu.

L-ordni għamlet stqarrija fejn insistiet li ma trid tħalli lil ħadd jindaħal fl-awtorità tagħha.

Aqra aktar

Send this to a friend