Papa Franġisku – Page 2 – One News

Notifiki

Abbatini Maltin jiltaqgħu ma’ Papa Franġisku

Illum il-Ħadd, 5 ta’ Awwissu l-Papa Franġisku ħa pjacir jiltaqa’ mal-Abbatini Maltin li bħalissa qegħdin iservu fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Il-grupp huwa magħmul minn 14-il abbati mid-djocesi ta’ Malta u 6 mid-djocesi ta’ Għadewx flimkien ma’ Dun Frans Bonnici, Dun Mark Ellul u Joseph Bajada seminarista minn Għawdex.

Aqra aktar

L-Isqfijiet Maltin jifirħu lill-Isqof elett ta’ Darwin fl-Awstralja

L-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech u l-Isqof Awżiljarji-elett Joseph Galea-Curmi jifirħu lil Rev. Charles Victor Emmanuel Gauci, għall-ħatra mill-Papa Franġisku ta’ Isqof tad-Djoċesi ta’ Darwin fl-Awstralja.

L-Arċidjoċesi ta’ Malta u d-Djoċesi ta’ Għawdex jingħaqdu fit-talb għall-Isqof-elett biex il-Mulej jagħtih l-għajnuna f’din il-missjoni ġdida tiegħu.

Aqra aktar

Il-Maltin b’fidi b’saħħitha fir-reliġjon kattolika iżda b’nuqqas t’attendenza għall-quddies

93% tal-poplu Malti u Għawdxi iħaddan il-fidi kattolika.  Minkejja li din għadha waħda b’saħħitha, jidher li kwazi 64% tal-pubbliku jattendi għal quddies.  Dan ġie żvelat mill-istħarriġ li sar mill-Malta Today fejn wera li minkejja li  din iċ-ċelebrazzjoni hija waħda obbligatorja, jidher li ma tantx hi daqshekk popolari fost iż-żgħażagħ li għandhom bejn it-18 u l-35 sena. Dan hekk kif l-istess istħarriġ juri li 54% taż-żgħażagħ m’ attendewx għal quddies li saret il-ġimgħa ta’ qabel li seħħ dan l- istħarriġ.

L-istess ma jistax jingħad għal Għawdex. Dan hekk kif 81% tal-Għawdxin jattendu għall-quddies. Minkejja li n-nuqqas fl-attendenza għall-quddies ġiet innotata fil-lokalitajiet kollha madwar Malta, jidher li dan in-nuqqas jispikka l-aktar fin-nofsinhar ta’ Malta.

Aqra aktar

Il-Papa jgħid li l-Isqfijiet m’għandhomx jindaħlu fil-politika

Il-Papa Franġisku wissa’ lill-Isqfijiet ordnati ġodda biex ma jindaħlux fil-politika, kummerċ u anke status ta’ soċjetà għolja.

L-isqfijiet ordnati ġodda ġejjin minn djoċesijiet differenti, b’wieħed minnhom huwa l-Għawdxi Monsijur Alfred Xuereb. Miegħu ġie ordnat ukoll Monsijur Stanislaw mid-djoċesi tal-Polonja u Monsijur Bettencourt mill-Kanada.

Evitaw it-tentazzjoni li ssiru prinċpijiet

saħaq il-Papa fejn sostna li l-irwol tagħhom għandu jkun li jservu mhux li jiddominaw.

Iċ-ċerimonja saret ilbierah it-Tnejn 19 ta’ Marzu 2018 fil-Bażilika ta’ San Pietru f’Ruma.

Monsinjur Alfred Xuereb isir Arċisqof f’jum il-festa ta’ San Ġużepp

Monsinjur Alfred Xuereb li serva għal bosta snin viċin il-Papa Franġisku laħaq Nunzju tal-Korea ta’ Isfel. Dan ġara malli rċieva l-ħatra permezz ta’ ittra mill-Papa mill-Vatikan.

Madanakollu dawk li l-Papa jagħżel bħala Ambaxxaturi tal-Vatikan għal xi pajjiż jingħataw ukoll il-ħatra ta’ Isqfijiet. Ma jkunx isqof bi djoċesi partikulari xi jmexxu imma jingħataw it-titlu ta’ Isqfijiet Titulari, jigifieri ta’ Djocesi li m’ghadhiex tezisti.

Fil-fatt Monsinjur Xuereb ingħata t-tiltu ta’ Arċisqof ta’ Amantea.

L-ordinazzjoni tiegħu ta’ Isqof ħa ssir nhar it-Tnejn li ġej mill-Papa Franġisku fil-Bażilika ta’ San Pietru f’Ruma. Imbagħad imur il-Korea fejn jippreżenta l-ittri tal-kredenzjali lill-President tal-pajjiż.

Bergoglio jagħlaq ħames snin Papa tal-Knisja Kattolika Rumana

Bħal-lum ħames snin ilu 13 ta’ Marzu 2013 fil-ħin preċiż tan-12.28 ta’ filgħodu tħabbar Papa ġdid.

Papa Franġisku huwa l-266 Papa tal-Knisja Kattolika Rumana.

Jorge Mario Bergoglio huwa l-isem propja tal-Papa li għażel l-isem ta’ Franġisku ad unur il-qaddis San Franġsik t’Assisi.

Din is-sena l-Papa jgħalaq 82 sena.

Huwa Papa maħbub b’mod speċjali għall-mod kif iwassal il-kelma ta’ Kristu b’eżempju għaliex jagħmel karità mal-fqar.

L-Arċisqof ta’ Malta fuq xogħol assenjat mill-Papa

L-Arċisqof Charles J. Scicluna llum ser iħalli Malta fuq xogħol assenjat lilu mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku.

L-Arċisqof ser iżur New York u ċ-Ċilì għal numru ta’ laqgħat privati. Huwa jirritorna Malta l-Ħadd, 25 ta’ Frar 2018.

Għada jibda r-Randan…int kif se ssum?

Fl-1966 il-Beatu Pawlu VI Papa rriforma l-forma tal-penitenza fil-Kostituzzjoni Appostolika dwar il-penitenza (Poenitemini). Il-Kodiċi tal-Liġi Kanonika tal-1983 inkluda l-bidliet li għamel il-Beatu Pawlu VI Papa. Fil-qosor dawn il-bidliet ifissru li l-Insara Kattoliċi li għalqu t-18-il sena iżda m’għalqux is-60 sena huma obbligati li jsumu darbtejn: nhar L-Erbgħa tal-irmied fil-Bidu tar-Randan Imqaddes (Ras ir-Randan) u fil-Ġimgħa l-Kbira.

Barra minn hekk l-Insara Kattoliċi kollha minn 14-il sena ’l fuq huma obbilgati li ma jieklux laħam fl-Erbgħa tar-Rmied (Ras ir-Randan), fil-Ġimgħa l-Kbira u kull nhar ta’ Ġimgħa matul iż-żmien kollu tar-Randan. Is-Sawm ifisser li tittiekel ikla waħda sħiħa f’ġurnata. Jista’ jittiekel xi ikel ieħor iżda mhux ikla sħiħa f’xi ħinijiet tal-ġurnata. L-Astinenza mill-ikel tal-laħam tipprojbixxi kull użu tal-laħam fl-ikel.

Aqra aktar

Tifla titla’ tpoġġi bilqiegħda ħdejn Papa Franġisku

Tifla innocenti li għandha l-kundizzjoni down syndrome qamet minn postha u telgħet tpoġġi ħdejn il-Papa.

L-Uffiċjali tas-sigurtà kienu pronti telgħu biex joħduha lura f’postha hdejn ommha.

Il-Papa Franġisku pront pront waqaf, u qal lit-tifla ”Ejja poġġi ħdejja”.

It-tifla hekk għamlet u l-Papa kompla jippriedka waqt li żamm id it-tifla f’idejh.

 

Bil-Filmat: Papa Franġisku fic-Ċili u l-Perù

Il-Papa Franġisku beda t-22 vjaġġ tiegħu barra l-Italja il-bieraħ it-Tnejn 15 ta’ Jannar 2018, meta tela’ fuq titjira mill-Ajruport ta’ Ruma għal vjaġġ ta’ 15-il siegħa lejn Santiago, Ċili.
Iż-Żjara Appostolika tal-Papa lejn iċ-Ċili u l-Perù se tieħdu f’sitt bliet differenti fi ftit inqas minn ġimgħa. Il-vjaġġ tiegħu jibda fil-kapitali taċ-Ċilen ta’ Santiago, fejn, minbarra l-quddies għall-fidili, il-Papa għandu jiltaqa’ mal-mexxejja ċivili u dawk reliġjużi kif ukoll iżur il-ħabs tan-nisa.

Għada l-Erbgħa, il-Papa se jżur Temuco, belt b’popolazzjoni indiġena kbira, qabel ma jirritorna f’Santiago għal-laqgħa maż-żgħażagħ.

Il-Papa Franġisku se jqatta’ l-aħħar ġurnata tiegħu fiċ-Ċili, fil-belt tal-port tat-tramuntana ta’ Iqique.

 

Send this to a friend