paola – One News

Notifiki

Illum tinfetaħ triq prinċipali f’ Raħal Ġdid

Illum se tinfetaħ it-triq prinċipali li tagħti għal salib it-toroq ma’ Triq Luqa, Triq Tarxien u Triq Palma. Fl-istess mkejjen se jerġa’ jiżdied il-parkeġġ.

Imiss li tiġi installata street furniture tal-ogħla livell u titlesta l-biċċa ta’ quddiem iċ-Ċentru tas-Saħħa sabiex fil-ġimgħat li ġejjin ser tkun qed tinfetaħ b’mod uffiċjali din il-pjazza.

BIL-FILMATI: Eluf ta’ nies jiċċelebraw l-10 snin ta’ Joseph Muscat bħala mexxej

10 snin ta’ bidla li raw il-Partit Laburista jimxi triq twila biex jadotta attitudni li tinkludi lil kulħadd. Bidla li ġabet mewġa ta’ suċċessi mhux biss eletorali imma wkoll kisbiet u aġġornamenti fi ħdan il-Partit Laburista li bil-vot b’saħħtu tal-poplu Malti u Għawdxi kien elett fl-2013 u fl-2017 biex imexxi l-Gvern Malti; b’maġġoranzi li qatt ma rajna bħalhom fl-istorja ta’ pajjiżna.

Dan kollu seħħ bit-tmexxija tal-Partit Laburista minn Joseph Muscat li kellu viżjoni u waħħadha mal-imħabba lejn Malta u Għawdex bħala nazzjon wieħed.

Il-Prim Ministru mistenni jindirizza lill-pubbliku preżenti fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid fis-19.15pm.

 

Il-GWU b’azzjonijiet fiċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid

Il-General Workers’ Union mil-lum tat bidu għall-azzjonijiet industrijali fiċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid. Dan għax temmen li l-awtoritajiet konċernati iddiskriminaw ma’ numru ta’ ħaddiema  tar-reception li qed jingħataw trattament differenti minn kollegi tagħhom f’ċentri tas-saħħa oħra.

Il-GWU temmen li hemm min qed jingħata kundizzjonijiet ta’ impjieg aktar preferenzjali minn ħaddieħor li huwa fl-istess grad. Il-unjin qalet li jiddispjaċiha għall-kwalunkwe inkonvenjent li jista’ jiffaċċja l-pubbliku li jgaħmel użu miċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid. Qalet ukoll li dawn l-azzjonijet se jibqgħu fis-seħħ sa ma l-awtoritajiet jagħrfu u jikkoreġu dawn in-nuqqasijiet, u f’każ li dan ma jseħħx mhuwiexeskluż li l-azzjonijiet jiħraxu.

 

Raħal Ġdid; ritratti esklussivi ta’ dak li għaddej fil-pjazza

Ix-xogħol fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid għaddej kif pjanat. Fost l-aktar affarijiet notevoli huwa l-mod li bih it-traffiku qed ikun direzzjonat. Id-devjazzjonijiet ġodda introdotti qed iwasllu għal iktar ordni waqt li għaddej ix-xogħol, minkejja li hija zona minnha nfisha traffikuża.

Il-proġett se jagħti dehera ġdida lil din il-pjazza biex fiż-żmien mhux imbiegħed tkun fost l-isbaħ f’pajjiżna.

Dawn huma ritratti esklussivi li l-uffiċju ta’ periti inkargiati, Building & Design Consultants, qed jieħdu mill-ajru biex kontinwament iżommu għajnejhom fuq ix-xogħol.

Aqra aktar

ARRANĠAMENTI ĠODDA TAT-TRAFFIKU

Sewwieqa li jgħaddu mill-pjazza ta’ Raħal Ġdid se jesperjenzaw bidla fir-rotta hekk kif issa daħal f’fażi oħra l-proġett li għandu jagħti dehera ġdida lil din il-pjazza biex fiż-żmien mhux imbiegħed tkun fost l-isbaħ f’pajjiżna.

Fit-tieni għodwa li fihom kienu qed jintużaw l-arranġamenti l-ġodda tat-traffiku ltqajna fuq il-post ma’ Kevin Zahra, Maniġer fi ħdan Transport Malta, li assigur li l-impatt fuq min juża t-trasport pubbliku jew min juża l-karozza privata tiegħu, se jkun mill-inqas.

Pereżempju dawk li jkunu ġejjin mill-inħawi taż-Żejtun u l-Gudja għall-Raħal Ġdid m’hu se jsibu l-ebda differenza fir-rotta tagħhom.

Aqra aktar

50 sena mill-konsagrazzjoni tal-Knisja ta’ Kristu Re

Ħamsin sena wara l-konsagrazzjoni tal-parroċċa ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid, il-komunità se tingħaqad f’sena ta’ ċelebrazzjonijiet li se jimmarkaw kull pass u data li wasslu għal din il-parroċċa kif nafuha llum.

Tkellimna mal-kanonku Dun Mark Andre Camilleri u membru fi ħdan kumitat amministrattiv maħtur appost għall-okkażjoni, Anthony Tabone.

Aqra aktar

Ħaddiema tal-Kunsill ta’ Raħal Ġdid imbeżżgħin

Dawn l-aħħar ġimgħat il-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid kien fil-mira ta’ atti ta’ vandaliżmu. Is-Sindku Dominic Grima talab l-għajnuna tal-pubbliku biex kull min jara xi att vandalu jew inkella jaf b’xi informazzjoni utli, jinforma lill-Pulizija minnufih.

Fir-ritratti tidher il-ħsara li saret fit-twieqi fil-binja tal-Kunsill. Barra minn hekk saret ħsara fuq l-għamara ta’ barra fi Ġnien Pawlu Boffa, liema ġnien sewa xejn inqas minn €96,000 biex tlesta. Il-ħsara li saret għandha implikazzjonijiet koroh. Fost oħrajn tqaċċtu tabbelli li fuqhom hemm indikat liema etajiet jistgħu jużaw partijiet differenti mill-bandli. Għalhekk jekk xi ħadd iweġġa’ għaliex ikun uża bandla mhux adattata għalih, jista’ jeħel il-kunsill, li huwa fid-dmir li jagħmel dawn in-notifiċi.  Dan huwa wkoll l-ewwel bandli aċċessibbli għal min juża siġġu tar-roti.

Aqra aktar

Send this to a friend