palk – One News

Notifiki

Minn taħt id it-tabib għal fuq il-palk

Min kellu jgħid lil Kevin Borg li l-kbir tiegħu kien għadu ġej?

Ħafna minna ndumu jiem sħaħ nippreparaw għal intervent mediku u mbagħad nagħmlu ftit jiem oħra fis-sodda naraw xi serje sakemm nerġgħu nqumu fuq saqajna. Aqra aktar

Kunċett u Marinton se jagħmlu praspura oħra fuq il-palk!

Il-famużi Kunċett u Marinton se jirritornaw fuq il-palk fl-aħħar ta’ dan ix-xahar. Il-praspar ta’ dawn iż-żewġ nisa inkitbu minn Trevor Żahra meta kellu biss 15-il sena. Bdew bħala stejjer fir-rivista is-Sagħtar, imbagħad inġabru fi ktejjeb. Żahra iżda, kompla iżid il-kapitli fis-snin ta’ wara u llum wieħed għadu jista’ jixtri dan il-ktieb li jiġbor fih 24 praspura. Issa, ‘Il-Praspar ta’ Kunċett u Marinton’ se joħorġu mill-qxur tal-ktieb u jidħlu f’teatru taħt id-direzzjoni ta’ Dominic Said. Aqra aktar

“Min hi dik il-ħoxna li hemm fuq il-palk?”

L-attriċi Ingliża Carrie Hope Fletcher bħalissa qed tati spettaklu mill-aqsa fil-Musical Heathers fuq il-palk tal-West End f’Londra. Iżda l-irwol tagħha ġab miegħu baraxx ta’ kummenti xejn sbieħ fuq is-sbuħija u l-ħxuna tal-attriċi.

“L-ewwel kumment li rajt kien: Min hi dik il-ħoxna u l-kerha li hemm fuq il-palk? X’ġabuha jagħmlu?”, stqarret Fletcher. Dan il-kumment weġġa’ sew lill-attriċi, tant li kienet qed tikkunsidra li tmur lura mid-deċiżjoni tagħha li taħdem f’dan l-ispettaklu.Aqra aktar

Janimaw minn fuq il-palk mingħajr skript

Morna nsegwu lill-Malta Improv Group, l-ewwel grupp tax-xorta tiegħu f’pajjiżna.   Seba’ atturi jirrextaw u joħolqu sitwazzjonijiet spontanji fuq il-palk, mingħajr ebda skript.

Filfatt, dakinhar tax-show, huma jiltaqgħu ftit qabel, jippreparaw l-ilħna  u jistennew lill-udjenza timla s-sala.

Malli jibda, huma jitolbu lil dawk preżenti biex jiddeskrivu sitwazzjoni partikolari, liema sitwazzjoni huma jridu jirrextawha.

Aqra aktar

“Auschwitz mhux palk”

Uffiċċjali fil-kamp tal-konċentrament f’Auschwitz, illum sit storiku, ikkritikaw lill-membru tal-Kungress Amerikan Clay Higgins li ġibed filmat ġewwa waħda mill-kmamar tal-gass fl-hekk imsejħa eks kamp tal-mewt Nazzista fil-Polonja.

Aqra aktar

Send this to a friend