paċi – One News

Notifiki

Taħditiet ta’ paċi dwar il-gwerra ċivili fil-Jemen

Rappreżentanti tal-Gvern tal-Jemen u membri mill-grupp ribelli fl-istess pajjiż, mistennija jiltaqgħu llum fl-Iżvezja biex jibdew mill-ġdid taħditiet ta’ paċi.

Dan fi sforz ieħor min-Nazzjonijiet Magħquda biex tinstab soluzzjoni għall-gwerra ċivili fil-Jemen – sitwazzjoni deskritta bħala l-agħar kriżi umanitarja ta’ żmienna, b’eluf tilfu ħajjithom, u miljuni li spiċċaw jgħixu fil-faqar u l-ġuħ.Aqra aktar

Vittma ta’ stupru mill-Istat Iżlamiku tirbaħ il-Premju Nobel għall-Paċi

Il-Premju Nobel għall-Paċi ta’ din is-sena ngħata lil żewġ persuni li kkampanjaw kontra l-istupru fil-gwerer, Nadia Murad u Denis Mukwege.

Murad kienet ittorturata u stuprata minn militanti tal-Istat Iżlamiku, u wara kienet prominenti f’kampanji biex ikunu meħlusa l-Yazidis. Mukwege huwa tabib li tul il-karriera tiegħu ta l-kura lil diversi vittmi ta’ stupru. Aqra aktar

Konferenza f’Pariġi se tħeġġeġ taħdidiet ta’ paċi bejn l-Iżrael u l-Palestinjani

Fil-kapitali Franċiża Pariġi qed tittella’ konferenza internazzjonali deskritta minn ħafna bħala kruċjali, biex tħeġġeġ taħdidiet ta’ paċi bejn l-Iżrael u l-Palestinjani.

Delegati minn sebgħin nazzjon mistennija jingħaqdu flimkien u jappoġġjaw soluzzjoni għall-paċi bejn iż-żewġ stati, li ilhom fil-kunflitt deċenji sħaħ.Aqra aktar

Laboratorju f’Mater Dei akkredidat mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa

Il-Laboratorju tal-Viroloġija tal-Isptar Mater Dei ġie akkredidat mill-Għaqda Dinija tas-Saħħa.

Dan huwa wieħed mill-laboratorji li jaqa’ taħt id-dipartiment tal-Patoloġija, hu janalizza testijiet tal-mikropi li jittieħdu minn viruses fosthom influwenza, ħożba u ħożba Ġermaniza.

Chris Barbara, direttur tal-patoloġija, qal li minn Settembru ‘l hawn sabu tmien każijiet tal-influwenza. It-tilqima bdiet tingħata diġa u qed nsibu li H13 li diġa qeda fit-tilqima.

Aqra aktar

Ir-Russja u l-Istati Uniti jaqblu dwar it-triq ‘l quddiem għall-kriżi Sirjana

Ir-Russja u l-Istati Uniti ħabbru li laħqu ftehim dwar is-Sijra, li għandu jibda billi jiefqu l-offensivi minn inżul ix-xemx ta’ nhar it-Tnejn.

Il-Gvern Sirjan għandu jwaqqaf missjonijiet ta’ ġlied f’zoni speċifiċi li ġew f’idejn l-opposizzjoni. Ir-Russja u l-Istati Uniti se jitsabilixxu ċnetru konġunt biex jissieltu kontra l-Istat Iżlamiku u l-ġellieda al-Nusra. Il-pjan għandu jippermetti l-wasla tal-għajnuna umanitarja.

Din l-aħbar waslet wara taħdidiet bejn is-Segretarju tal-Istat Amerikan John Kerry u l-ekwivalenti Russu, Sergei Lavrov. F’Ġeneva, fejn saru dawn it-taħdidiet, il-pjan se jkollu bżonn il-koperazzjoni kemm tar-reġim kif  ukoll tal-Opposizzjoni Sirjana, li t-tnej indikaw li lesti jimxu ma’ dan il-ftehim.

Aqra aktar

L-arti tal-paċi

Proġett pilota bejn il-Ġnus Maqgħuda u l-Gvern Iranjan ra t-trasformazzjoni ta’ ħitan ta’ mibgħeda bejn l-Iran u l-Afganistan f’biċċiet tal-arti. Għal din il-biċċa xogħol ingħaqdu żewġ kommunitajiet li għal żmien twil ma kienux jaraw għajn m’għajn.

Aqra aktar

Send this to a friend