paceville | One News

Notifiki

Laqat lil sieħbu bi flixkun tal-ħġieġ u fajjarlu daqqa ta’ ponn

Justin Agius kien illiberat minn akkużi li darab gravi lil Arlen Dimech u għamillu farret fuq ħuġbejh waqt ġlieda fi stabbiliment f’Paceville.

Il-każ jeħodna lura għat-18 ta’ Ottubru li għadda, meta għall-ħabta tat-03:30, Dimech pprova jwaqqaf lil xi tfajliet milli jiġġieldu u qala’ daqqa ta’ ponn. Fis-saħna tal-mument huwa fajjar daqqa ta’ flixkun u laqat lil sieħeb l-akkużat, li taf daqqa ta’ ponn quddiem il-Pulizija tal-istabbiliment.Aqra aktar

Kommossjoni fl-awla bejn ħaten Hugo Chetcuti u l-akkużat – Jintervjenu l-uffiċjali tas-sigurtà

Bojan Cmelik, is-serb ta’ 35 sena akkużat bil-qtil ta’ Hugo Chetcuti, kienu ilhu f’pajjiżna sa’ minn Ġunju tas-sena 2016, u matul dawn is-sentejn qatt ma’ kien reġistrat ma’ Jobs+. Jiġifieri jekk huwa ħadem f’pajjiżna, dan għamlu b’mod illegali.

Dan ħareġ fil-Qorti mix-xhieda tal-Ispettur Frankie Sammut stazzjonat fit-taqsima tal-Immigrazzjoni, u s-Sur Joe Saliba minn Jobs+, meta l-Ġimgħa filgħodu kompliet tinstema l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tal-akkużat.Aqra aktar

BIL-FILMAT: “Għaliex għamilli hekk? Lanqas biss nafu!”

Bdiet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Bojan Cmelik – is-Serb ta’ ħamsa u tletin sena li jinsab mixli bil-qtil tal-imprenditur Hugo Chetcuti.

Cmelik reġa’ ttieħed il-Qorti taħt għassa kbira biex tibda l-kumpilazzjoni tal-provi kontrih b’rabta mal-qtil tas-Sur Chetcuti li l-Ħamis tal-ġimgħa l-oħra tilef il-battalja mal-mewt wara sitt ijiem jissielet għall-ħajtu fl-Isptar Mater Dei.

Fil-bidu tas-seduta, il-Maġistrat Marsanne Farrugia, laqgħet it-talba tal-prosekuzzjoni biex tinbidel l-akkuża minn attentat ta’ qtil għal omiċidju.

Fis-seduta spikkat ix-xhieda ta’ Isaac Chetcuti, ħu Hugo Chetcuti b’rakkont dettaljat ta’ dak li ra quddiem għajnejgħ fil-ħin tal-aggressjoni.

L-akkużat, li kien liebes bulletproof vest, ma qalax għajnejh mill-art hekk kif sema x-xhieda ta’ Chetcuti. Qal li flimkien ma’ ħutu u persuni qrib ta’ Hugo, kien mistieden għall-ftuħ ta’ restorant ġdid. Qal li l-ewwel darba li lemaħ lill-aggressur kien meta flimkien ma’ Hugo ħareġ mir-restorant u semgħu jgħajjatlu b’ismu. Qal li x’ħin ra lis-Serb sejjer jieħu b’idejn Hugo, m’għaddilux minn moħħu li seta’ mar biex jattakkah.
Madankollu qal li ma damx ma ntebaħ li kien hemm xi ħaġa ħażina meta ra lill-akkużat jaqbad lil Hugo minn rasu, iressaq idejh lejn l-istonku u lil ħuh jaqa’ mal-art. Qal li hawn telaq jiġri wara s-Serb li ħarab minn fuq post, iżda dar lura biex jagħti l-għajnuna lil ħuh.

Spjega li l-uffiċjal tas-sigurtà ta’ Hugo, ma kienx miegħu għax mar jeskorta lil oħthom lejn ħanut ieħor. Spjega li sakemm rritorna ħdejn ħuh laħaq informa lis-servizzi tal-Emerġenza u kif wasal lura għarrfuh li l-vittma ttieħed l-isptar b’taxi.
Huwa qal li l-ewwel darba li kellem lil Hugo wara l-aggressjoni kien is-Sibt fejn stqarr miegħu li ma kienx jaf għalfejn għamillu hekk u li ma kienx jaf min hu.

Mistoqsi mill-prosekuzzjoni jekk reġax kellem lil ħuh, stqarr li  kellmu l-għada l-Ħadd u qallu li kien muġugħ ħafna u li beda jħossu se jmut.

Matul is-seduta xehdu wkoll bosta uffiċjali tal-pulizija li kienu involuti fl-arrest tas-Serb.

Is-Surġenti Sean Axiaq u Ivan Attard, it-tnejn stazzjonati fl-Għassa ta’ San Ġiljan, xehdu li raw lill-aggressur iqum minn ġo folla li kienet qed tagħmel BBQ fuq il-blat u jitlaq jiġri mal-kosta ta’ Tas-Sliema.

Żiedu li aktar tard ġew mgħarrfa li r-raġel ġie arrestat fi Triq Santa Liena f’Tas Sliema. Qalu li sabu lil aggressur f’taqbida mal-uffiċjali tal-RIU u minn tfittxija nstabet sikkina ma’ qaddu.

Dan ikkonfermawh żewġt kuntistabbli tar-Rapid Intervention Unit Glenn Vella u Joseph Camilleri li wettqu l-arrest fi Triq Santa Liena. Żiedu jgħidu li l-aggressur beda jinjora l-istruzzjonjiet.

Spjegaw li raw lil Bojan miexi lejhom b’pass mgħaġġel u jipprova joħroġ l-arma li ntużat fid-delitt. Qalu li kienu kostretti jisparaw it-taser għal darbtejn biex jikkontrollawh.

Huma qalu li l-akkużat qala’ l-probes tat-taser u beda jagħtihom bil-ponn sakemm arrestawh, u eskortawh lejn l-Għassa ta’ San Ġiljan.
Is-Surġent Axiaq xehed ukoll li l-għada tal-inċident, kellem lil James Farrugia, l-uffiċjal tas-sigurta ta’ Hugo li fost dettalji oħra qallu li kien hu li ħadu lejn l-emerġenza permezz ta’ taxi. Axiaq żied li l-investigazzjonijiet wassluh biex ikellem lil Adam Milic, ħu l-akkużat li stqarr li kien ilu ma jkellem lil Bojan għal sitt xhur minħabba li beda jsiru persuna aggressiva.

Preżenti fl-awla kien hemm ir-raġel ta’ Cheryl, oħt Hugo li minkejja li ma tax ix-xhieda tiegħu, segwa bir-reqqa dak li kien qed jintqal. Fl-aħħar tas-smiegħ, b’ton ta’ rabja, ħares lejn l-akkużat u b’leħen għoli qallu “Thankyou Bojan … Thankyou Bojan”

Għall-akkużat deher l-avukat Ishmael Pace filwaqt li għall-familja Chetcuti deher parte civilve l-avukat Joseph Giglio.

Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi tal-Għassa ta’ San Ġiljan, Trevor Micallef u Nikolai Sant

Bojan Cmelik inżamm arrestat fil-Faċilita Korretiva ta’ Kordin, bil-kumpilazzjoni mistennija tkompli fit-31 ta’ Lulju.

 

 

Jitlestew xogħlijiet ta’ titjib fit-toroq ta’ San Ġiljan u Paceville

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi u il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg żaru ix-xogħlijiet fit-toroq ta’ San Ġiljan u Paceville li bdew ftit tal-jiem ilu u tlestew matul din il-ġimgħa.

Dawn ix-xogħlijiet jagħmlu parti minn pjan ta’ titjieb f’diversi toroq f’żoni f’din il-lokalità, bl-għan finali li tittejjeb l-infrastruttura fiż-żona kummerċjali ta’ Paceville.

Il-Ministru Konrad Mizzi tenna, “Iż-żoni turistiċi, fosthom dawk ta’ San Ġiljan u Paceville, huma prijorità għall-Gvern.  Wara diskussjonijiet li kellna mad-diversi entitajiet, fosthom Malta Tourism Authority, l-MHRA u l-Foundation for Tourism Zones, fassalna pjan ta’ riġenerazzjoni għal dawn iż-żoni li jagħtu sehem importanti lill-ekonomija ta’ pajjizna, hekk kif jilqgħu influss kbir ta’ nies fix-xhur tas-Sajf. Wara x-xogħol ta’ tqegħdija ta’ ramel fil-bajja ta’ San Ġiljan kien imiss lit-toroq.  Dan huwa pjan li ser ikun qiegħed jiġi mplimentat fuq medda ta’ sentejn u li ser iservi ta’ eżempju għal-żoni oħra turistiċi li għandna f’pajjiżna”.Aqra aktar

Ammettew li saqu l-quad bikes bl-addoċċ f’Paceville

Tliet ġuvintur ammettew li saqu l-quad bikes fi triq One Way f’ Paceville fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.

It-tlieta li huma ċittadini tar-Renju Unit wieġbu ħatja li saqu bl-addoċċ u ma obdewx l-ordnijiet tal-pulizija.

Kull wieħed minnhom weħel 500 ewro multa u kellhom il-liċenzja tas-sewqan sospiża għal tliet xhur.

Inżamm arrestat wara li aggredixxa pulizija

Ġuvni ta’ tnejn u għoxrin sena baqa’ miżmum arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li ħebb għall-pulizija, ma segwiex l-ordnijiet tagħhom kif ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-liberta’ proviżorja li kienu għadhom kif ingħatawlu f’Jannar illi għadda.

Matul il-lejl li għadda, Luke Vella instab mill-pulizija għall-ħabta tal-erbgħa ta’ filgħodu fi stabiliment tad-divertiment f’Paceville.

Aqra aktar

Send this to a friend