Owen Bonnici – Page 6 – One News

Notifiki

Lejn politika kulturali nazzjonali

F’April li għadda l-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali nieda proċess konsultattiv mal-pubbliku biex titfassal Politika Kulturali Nazzjonali 2020-2025. Din se tkun it-tieni darba li l-pajjiż qed joħloq politika nazzjonali kulturali. L-ewwel waħda tnediet fl-2011. Minn dakinhar, żviluppi globali u lokali biddlu għal kollox ix-xenarju kulturali u twieldu wkoll sfidi ġodda.

Aqra aktar

ARA: Iniedu dokumentarju dwar il-Konvoj ta’ Santa Marija

Ġie mniedi dokumentarju sabiex jinġabru l-memorji importanti ta’ dan l-avveniment mil-lenti tan-nies li għexu dawk iż-żminijiet. Dan sar bl-għajnuna ta’ studenti mill-kulleġġ ta’ Santa Margerita f’Bormla li intervistaw diversi anzjani dwar il-ħajja tagħhom dak iż-żmien li tkellmu dwar it-tbatijiet li għaddew minnhom fil-ġimgħat u x-xhur li waslu għal wasla tal-Konvoj ta’ Santa Marija f’Malta.

Aqra aktar

Inrawmu d-djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet permezz tal-istorja u l-kultura

‘Flimkien għal Ambjent Aħjar’ ħolqu dokumentarju bl-isem ta’ Lest We Forget, li jikkommemora l-75 anniversarju tal-Konvoj ta’ Santa Marija fl-2017.

Dan il-proġett kien possibbli permezz ta’ finanzjament miksub mill-fond Komunitajiet Kreattivi, fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti. Dan id-dokumentarju ġedded il-memorja kollettiva ta’ membri mill-komunità tat-Tlett Ibliet li għexu dan l-avveniment storiku. Dawn in-nies ġew intervistati minn studenti tal-Kulleġġ Santa Margerita.

Aqra aktar

L-erba’ baned tal-Kottonera jdoqqu flimkien fl-400 sena mill-wasla tal-Bambina

Permezz ta’ fondi miksuba mill-Komunitajiet Kreattivi, fond amministrat mill-Kunsill Malti għall-Arti, l-Amministrazzjoni tal-Bażilika tal-Belt Senglea flimkien mal-Għaqda Każini tal-Banda se jorganizzaw il-Festival tal-Baned, avveniment mill-baned tal-Kottonera għall-okkażjoni tal-400 sena mill-wasla tal-istatwa Marija Bambina fil-Belt Senglea.

“Avvenimenti ta’ din is-sura jkomplu jitfgħu dawl fuq l-importanza tal-kultura tagħna, kif ukoll ikomplu jsaħħu r-rwol importanti tal-kultura fil-qalba tal-komunità. Dan il-festival apparti l-għan ewlieni ta’ kommemorazzjoni li jġib miegħu, qiegħed ukoll jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-komunità fi ħdan il-Kottonera, kif ukoll ikompli jgħin u jibni fuq l-istrateġija tagħna sabiex dan is-settur ikun aċċessibbli għal kulħadd,” enfasizza l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici waqt it-tnedija ta’ dan il-festival.

It-team tal-Festi Ċentinarji flimkien mal-membri tal-Għaqda Każini tal-Banda ħadmu flimkien sabiex dan il-festival jitwettaq. Saru diversi laqgħat mal-Każini tal-Banda tal-Kottonera u b’hekk tħejja programm apposta għal din l-okkażjoni.

L-għan ta’ dan il-festival huwa li l-erba’ baned tat-Tlett Ibliet jingħaqdu flimkien sabiex jaħdmu flimkien għal ġid tal-komunitajiet rispettivi tagħhom.

Permezz ta’ dan il-festival, kull banda se tagħmel marċ mat-toroq tal-Belt Senglea. Il-baned ser ikunu qed idoqqu minn rotot differenti fejn wara se jingħaqdu flimkien sabiex isellmu lill-Istatwa Inkurunata ta’ Marija Bambina. Fl-aħħar il-baned jingħaqdu flimkien bħala mass band taħt iz-zuntier tal-Bażilika. Il-mass band se tkun immexxija mis-Surmast Chev. Vincent Bonnici K.T. L. li huwa s-surmast Direttur tas-Soċjetà Filarmonika La Vincitrice, A.D. 1871.

Dan il-Festival se jittella’ fid-9 ta’ Ġunju fis-19:00, u l-programm tal-mass band taħt iz-zuntier tal-Bażilika se jibda għal ħabta tad-21:00.

Qligħ ta’ €300,000 għall-Heritage Malta

Il-Ministru għall-Kultura, Owen Bonnici, ħabbar fil-parlament li Patrimonju Malta (Heritage Malta) għamlet qligħ ta’ 300 elf ewro matul is-sena li għaddiet u kellha għadd rekord ta’ 1.3 miljuni viżitaturi li ħallsu seba’ miljun ewro f’biljetti tad-dħul. Dawn il-flejjes jerġgħu jiġu investiti f’Ħeritage Malta.

Aqra aktar

 Busuttil xekkel lill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni – Bonniċi

Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici qal fil-Parlament li kien Simon Busuttil, bħala Kap tal-Oppożizzjoni, li naqas li jinnomina persuna biex il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni tkun tista’ taħdem.

Il-Gvern Laburista dejjem ra kif għamel biex din topera mingħajr diffikultà.

Busuttil qal li l-Kummissjoni Ewropea llum ħarġet rapport li fih talbet lill-Gvern Malti biex iżid fil-ġlieda tiegħu kontra l-korruzzjoni. Huwa staqsa x’inhija r-reazzjoni tal-Ministru Bonnici għal dan ir-rapport.

Dr Bonnici fakkar li huwa kien il-Ministru li ppilota liġi li biha l-Gvern laburista neħħa l-preskrizzjoni minn reati ta’ korruzzjoni magħmula mill-politiċi. Din tfisser li politiku, jekk illum jagħmel reat ta’ koruzzjoni, jibqa’ responsabbli tiegħu għomru kollu, anke jekk ma jibqax fil-parlament.

Huwa qal li l-glieda kontra l-korruzzjoni hija xi ħaġa li hija mportanti li nkomplu niġġieldu, kwalunkwe ħażin jiġi minn fejn jiġi.

Il-Ministru Bonnici qal li l-Gvern se jkompli jsaħħaħ il-qasam tal-ġustizzja biex ikollna aktar tisħiħ ta’ governenza tajba u tisħiħ tas-saltna tad-dritt.

JOSEPH AZZOPARDI PRIM IMĦALLEF FIL-QORTI TA MALTA

Il-Prim Imħallef japponta 3 imħallfin biex jassistu f’sezzjonijiet diversi tal-qorti

Il-Prim Imħallef Joseph Azzopardi appunta 3 imħallfin biex iservu bħala presidenti tal-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, fis-Sezzjoni Kummerċjali u fil-Qrati tal-Familja.

Tnejn minnhom huma nisa: L-imħallef Anna Felice u l-imġallef Abigail Lofaro.

Magħhom ukoll l-imħallef J. Zammit Mckeon.

Deċiżjoni li turi b’mod qawwi l-bidliet kruċjali li saru

Id-deċiżjoni korretta tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kontra d-deċiżjoni meħuda minn amministrazzjoni preċedenti fl-2010 għaċ-ċensura tal-play ‘STITCHING’ turi b’mod b’saħħtu u ċar ħafna s-sitwazzjoni li kienet teżisti fejn tidħol il-libertà tal-espressjoni artistika.

Aqra aktar

Send this to a friend