Owen Bonnici – Page 3 – One News

Notifiki

Investiment ta’ nofs miljun ewro għal aktar effiċjenza fil-Qrati

B’investiment ta’ nofs miljun ewro nbidlet is-sistema tal-informatika kollha tal-Qrati Maltin. Bil-għan li s-servizz tal-ġustizzja jkun wieħed aktar effiċjenti.

Dan sar sabiex it-tliet binjiet tal-qorti, dik prinċipali fi Triq ir-Reppublika, tal-Familja u ta’ Sir Thomas Moore fi Strada Stretta issa ingħaqdu flimkien. Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mid-Direttur Ġenerali tal-Qorti s-Sur Frankie Mercieca, l-Ministru Owen Bonnici u l-Prim Imħallef Joe Azzopardi. Aqra aktar

ARA: Skoperti mhux tas-soltu viċin Għar Dalam

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonnici, żar is-sit preistoriku ta’ Għar Dalam sabiex isegwi l-investigazzjonijiet arkeoloġiċi li għaddejjin bħalissa fil-post minn Heritage Malta. Dawn l-istudji tqanqlu minn skoperta ta’ materjal ġewwa kamra mġarrfa li tinsab fil-viċinanzi ta’ Għar Dalam fejn kien hemm bosta frammenti ta’ għadam ta’ annimali preistoriċi. Fost l-għadam li nstabu kien hemm ta’ ipopotami, iljunfanti u anke lpup.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Arti fi spazji pubbliċi – it-tieni sejħa

Il-Ministru Ian Borg flimkien mal-Ministru Owen Bonnici nedew il-programm tal-arti fi spazji pubbliċi għat-tieni darba filwaqt li l-ewwel programm kellu suċċess b’sitt proġetti fejn artisti lokali flimkien mal-Kunsill lokali ta’fejn se titpoġġa l-arti ibbenefikaw mill-fondi allokati għal dan il-proġett.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Se jkun irrinovat il-Mużew Marittimu

Il-Mużew Marittimu fil-Birgu li jilqa’ fih eluf ta’ oġġetti marbuta mal-baħar se jiġi rrinvot u mmodernizzat b’investiment ta’ €2 miljun. Il-proġett minn Heritage Malta se jara l-mużew jikber b’500 metru kwadru l-ispazju għall-pubbliku kif ukoll l-ispazju għall-wiri. Apparti minn hekk il-mużew se jilħaq aktar viżitaturi diġitali permezz ta’ diġitizzazzjoni ta’ 2,600 mitt oġġett mill-kollezzjon tal-mużew.

F’konferenza tal-aħbarijiet li matulha ngħataw id-dettalji tal-proġett, iċ-ċermen ta’ Heritage Malta Anton Refalo qal li l-proġett se jsaħħaħ il-binja b’għadd ta’ interventi stutturali li se joħolqu mill-ġdid l-ambjent li ġie ddisinjart oriġinarjament mill-Arkitett Brittianiku William Scamp f’nofs is-Seklu 19.Aqra aktar

Sentenza tal-Qorti l-konferma li Jason Azzopardi għandu jerfa’ r-responsabbiltà politika

F’sentenza tal-Qorti dalgħodu, f’kawża ta’ libell li d-deputat nazzjonalista Jason Azzopardi għamel kontra l-Ministru Owen Bonnici, kien hemm konferma ta’ dak li ilu jgħid il-Partit Laburista. Huwa Jason Azzopardi l-politiku li kellu jerfa’ r-responsabbiltà għall-iskandlu tal-art tal- Löwenbräu li fost oħrajn ġab il-kundanna tal-Awditur Ġenerali.

Fi stqarrija, il-Partit Laburista fakkar kif Jason Azzopardi kien mar il-Qorti wara konferenzi tal-aħbarijiet fuq is-suġġett mill-Partit Laburista. Iżda, mix-xhieda li semgħet u d-dokumenti li rat il-Qorti kkonkludiet li kellu raġun il-Partit Laburista li jsejjaħ lil Jason Azzopardi biex iwieġeb għad-deċiżjonijiet skandalużu f’dan il-każ.Aqra aktar

Jitħabbru r-rebbieħa ta’ kompetizzjonijiet relatati mas-sena Ewropea tal-Wirt Kulturali

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici ppreżenta l-premji ta’ żewġ kompetizzjonijiet li ġew organizzati bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali. Waħda minn dawn il-kompetizzjonijiet kienet għall-istudenti tal-iskejjel sekondarji, waqt li l-oħra kienet immirata għal dilettanti u prattikanti tal-fotografija.

Aqra aktar

Sistema ġdida se tgħin il-Qorti tiġbor l-informazzjoni b’mod aktar faċli u mgħaġġel

Il-Ministeru għall-Ġustizzja ħabbar li daħħlet fis-seħħ sistema fil-Qorti magħrufa bħala Electronic Court Citation Management System, jew e-CCMS, li se tiffaċilita fost oħrajn il-ġbir ta’ informazzjoni u statistiċi meħtieġa għall-Qorti. Din hija sistema mill-aktar effiċjenti li tgħin sabiex proċessi ġudizzjarji jkunu dejjem aktar spediti, bl-għan ewlieni li l-professjoni legali u anke ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kollha jgawdu minn servizz konvenjenti u professjonali.

Il-Ministeru għall-Ġustizzja qal li dan kollu juri kif il-gvern qiegħed ikompli bl-impenn sfieq tiegħu li jsaħħaħ l-istrutturi ġudizzjarji u li jtejjeb is-servizzi offruti mill-Qrati. Il-Ministru Owen Bonnici spjega kif minbarra l-benefiċċju li n-notifiki jibdew isiru minn kumpanija privata u mhux minn uffiċjali tal-pulizija, hemm il-benefiċċju li kawżi hekk imsejħa sommarji ta’ distretti partikolari, li jġorru magħhom sa sentejn priġunerija, issa se jiġu rreġistrati f’sistema elettronika li hija traċċabbli.Aqra aktar

Send this to a friend