Owen Bonnici | One News

Notifiki

Investiment fl-indafa taż-żoni turistiċi

Il-Gvern għaddej b’ħidma biex titneħħa l-alka kollha mill-inħawi ta’ Buġibba bi preparazzjoni għas-sajf, kif ukoll ħaseb għal tibdil tal-kontenituri tal-iskart madwar il-lokalità.

Apparti dan qed isir ukoll xogħol biex jitneħħa r-ramel minn taħt il-pjazza ta’ Buġibba.

Aqra aktar

Pjattaforma għall-futur tat-tradizzjoni

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici fetaħ is-seminar “Il-Mużewijiet bħala hubs kulturali: il-futur għat-tradizzjoni”, mill-Għaqda Internazzjonali tal-Mużewijiet (ICOM) biex jiġi kkommemorat il-Jum Internazzjonali għall-Mużewijiet li sar fil-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu.

Aqra aktar

Jinġabru 128 tunnellata ta’ skart f’Birżebbuġa

Fl-aħħar erbat ijiem, għaxar ħaddiema mid-Diviżjoni għat-Tindif ġabru mal-mija u tmienja u għoxrin tunnellata ta’ skart tal-kostruzzjoni u skart ieħor li ħammġu u kerrhu ż-żona tal-Girgħien f’Tal-Papa f’Birżebbuġa.

Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni, Ramon Deguara, qal li fl-ewwel tliet xhur tas-ena, il-ħaddiema tad-Diviżjoni ġabru ’l fuq minn erbat elef u ħames mitt tunnellata ta’ skart illegali waqt li s-sena li għaddiet inħarġu ’l fuq minn elf u mitejn ċitazzjoni fil-konfront ta’ persuni li nqabdu jarmu barra.

“F’dawn l-aħħar tliet xhur inħarġu madwar ħames mitt ċitazzjoni għal min abbuża kemm minn sempliċiment borża tal-iskart illi tinħareġ fil-ġurnata l-ħażina, kif ukoll għar-rimi llegali tal-iskart”

Waqt li kienu għaddejjin l-aħħar xogħlijiet ta’ tindif f’Birżebbuġa, is-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika, Deo Debattista, semma kif dan l-aġir irresponsabbli jrid jispiċċa.

“Isiru aktar aware u jkunu aktar aware ukoll minn numri li għandna available, mill-app online. 1718 biex jiġbrulek l-iskart jekk għandek skart żejjed jew ma tafx x’se tagħmel bih u fl-istess ħin hemm app biex ikoll tirraporta. Ħalli kemm jista’ jkun inkunu kollha qed niġbdu ħabel wieħed ħalli jkollna Malta dejjem isbaħ.”

Il-Ministru għall-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li s-sena l-oħra biss id-Diviżjoni neħħiet aktar minn 16-il elf tunnellata ta’ skart mormi illegalment. Qal li din id-diviżjoni tagħmel l-almu tagħha biex tiżgura li pajjiżna jinżamm nadif u miżmum sew.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Silvio Parnis, li l-Uffiċjali tal-Komunità qed ikunu aktar qrib il-bżonnijiet tal-komunità. Qal li l-investiment li qed isir fl-operat tal-LESA, li qed taħdem id f’id mad-diviżjoni għall-Indafa, se jwassal għal servizz aħjar liċ-ċittadin.

Imorru sal-Ġgantija f’Sibt il-Għid, u jsibu lil Michela tittimbralhom il-passaport!

Il-Ministru Owen Bonnici żar it-Tempji Neolitiċi tal-Ġgantija waqt avveniment organizzat minn Heritage Malta b’kollaborazzjoni mal-PBS, li waqtu, ir-Rappreżentant ta’ Malta għall-Eurovision 2019 Michela Pace kienet qed tittimbra l-Passaporti tal-istudenti ta’ Heritage Malta.

Waqt l-avveniment, numru ta’ tfal u membri familjari tagħhom kellhom l-opportunità li jżuru t-Tempji tal-Ġgantija, sit ta’ wirt dinji tal-UNESCO, bla ħlas, grazzi għal din l-iskema.

Inawgurat il-bandli fi Ġnien l-Għannejja Żwieten fiż-Żejtun

Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun inawgurat bandli ġdid fi ġnien l-għannejja Żwieten fiż-Żejtun. Dan il-proġett li sewa mad-€95,000 bidel bandli antik u mitluf f’żona moderna u sigura li se tkun tuista’ tibda titgawda mill-komunità Żejtunija.

Is-sindku taż-Żejtun Doris Abela spjegat kif dan il-bandli ġie ffinanzjat pemezz ta’ fondi tal-Kunsill Lokali u fondi mid-Dipartiment tal-Gvernijiet Lokali. “Dan il-bandli huwa t-tieni wieħed li se nkunu qegħdin ninawguraw f’dawn is-sitt xhur. Wieħed kien Ġnien il-Qawsalla fi Triq il-Labour, fejn sar xogħol mill-ħaddiema tal-Kunsill, imbagħad bdejn x-xogħol fejn qegħdin illum, Ġnien l-Għannejja Żwieten”, spjegat is-Sindku.Aqra aktar

Tibda t-tieni fażi tar-restawr fuq il-Victoria Lines, fin-naħa tal-Għargħur

Wara t-tlestija tar-restawr tal-parti tal-Victoria Lines li tikkorrispondi mat-tul tal-Ġnien tal-Għarusa tal-Mosta (Tarġa Gap), id-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali se jkun qiegħed jibda x-xogħlijiet ta’ restawr fuq parti oħra ta’ din il-fortifikazzjoni li tinsab fil-Għargħur (fil-parti magħrufa bħala Top of the World).

Aqra aktar

Festivals Malta tniedi l-programm ta’ festivals differenti għas-sajf li ġej

Festivals Malta nediet il-programm għall-istaġun sajfi, xahrejn ta’ kultura kontinwa b’ideat ġodda u inovattivi, esperjenza li se tinħass minn kulħadd.

Il-fesitval Għanafest, taħt id-direzzjoni tal-direttur artistiku, Tiziana Calleja, se jikontribwixxi għal qawmien mill-ġdid tal-wirt storiku Malti mżewwaq mal-kultura tal-lum. Ġnien l-Argotti se jkun qed jieħu xejra differenti b’programm għall-familja kollha.Aqra aktar

F’anqas minn 100 jum, il-Gvern jibda jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja

F’inqas minn mitt jum mindu ġie ppubblikat ir-rapport tal-Kummissjoni Venezja, it-Tnejn li ġejn il-Gvern se jressaq quddiem il-Parlament abbozz li se jifred il-funzjonijiet ċivili tal-Avukat Ġenerali minn dawk ta’ prosekuzzjoni li sal-lum it-tnejn jaqgħu f’ħoġru. Sal-btajjel tas-sajf, il-Parlament se jkun approva l-ħatra ta’ Prosekutur Ġenerali ġdid li issa se jassumi dan l-irwol li sa issa kellu l-Avukat Ġenerali.

F’konferenza tal-aħbarijiet mill-bini tal-mużew tal-arkeoloġija l-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonniċi spjega kif huwa għandu l-mandat tal-kabinett tal-Ministri biex jibda jimplimenta bdil f’liġijiet skont ir-rakomondazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja. Spjega li wħud minn dawn il-liġijiet, bħal dik tal-Avukat Ġenerali ilhom fis-seħħ għal għexieren ta’ snin.Aqra aktar

Send this to a friend