ottimiżmu | One News

Notifiki

Tliet kwarti tal-Maltin b’ottimiżmu għall-2019

Is-sens ta’ pożittività u ottiżmu fil-pajjiż kien ikkonfermat minn stħarriġ tal-gazzetta MaltaToday li wera li tliet kwarti tal-Maltin jistennew li s-sena l-ġdida se tkun waħda aħjar mill-2018.

Fil-fatt kwazi 46% qalu li jistennew li din is-sena se tkun ahjar minn dik li għada kif intemmet, b’ 3.4% biss iwieġbu li din is-sena se tkun agħar minn ta’ qabilha. Kważi 21% qalu li m’humiex ċerti.Aqra aktar

Żieda fl-ottimiżmu fis-settur tas-Servizzi Finanzjarji

Rapport ikkummissjonat mil-PwC u Finance Malta wera kif fost l-operaturi tasservizzi Finanzjarji f’pajjiżna kien hemm żieda fl-ottimiżmu meta mqabbel mas-sena 2017.

Rapport fil-gazzetta Kullħadd jispjega aktar minn 62% tal-operaturi f’oqsma bħal dawk tal-banek, kumpaniji tal-assikurazzjoni u management fost oħrajn, jikkummentaw dwar settur li sejjer tajjeb ħafna u futur li wkoll jidher tajjeb ħafna u stabbli. Aqra aktar

L-ogħla livell ta’ ottimiżmu qatt osservat fost il-familji Maltin

Stħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea juri li l-indiċi tal-fiduċja ekonomika matul ix-xahar li għadda laħqu l-ogħla livell qatt osservat f’pajjiżna fix-xahar ta’ Frar minn mindu bdew jinġabru dawn ir-riżultati xahar wara xahar mill-2002. L-istħarriġ, li sar fost 1,500 kumpanija u 1,000 familja fl-ewwel ġimgħatejn ta’ Frar, juri wkoll li f’Malta hawn l-ogħla livell ta’ ottimiżmu osservat fost il-pajjiżi taż-żona ewro.

Imqabbel mal-istess xahar fl-aħħar sena qabel il-bidla fil-Gvern fl-2013, l-ottimiżmu huwa 33% ogħla.

Aqra aktar

L-ogħla livell ta’ ottimiżmu ekonomiku qatt reġistrat fost il-familji f’pajjiżna

Stħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea li sar fost 1,500 kumpanija u 1,000 familja fl-ewwel ġimagħtejn ta’ Jannar juri li f’Malta hawn l-ogħla livell ta’ ottimiżmu fost il-pajjiżi kollha taż-żona ewro. Imqabbel mal-istess xahar fl-aħħar sena qabel il-bidla fil-gvern fl-2013, l-ottimiżmu hu 27% ogħla.

L-akbar ottimiżmu kompla jispikka fost l-operaturi fis-settur tas-servizzi li jinkludu kumpaniji fis-settur finanzjarju u f’tal-gaming. Dawn għandhom livell ta’ kunfidenza d-doppju tal-medja Ewropea.

Filwaqt li l-Oppożizzjoni tgħid li hawn inċertezza f’dawn l-oqsma, mal-Kummissjoni Ewropea dawn in-negozji qalu eżatt l-oppost. Ħafna operaturi fil-qasam tas-servizzi sostnew li għandhom aspettattivi aħjar għax-xhur li ġejjin – minkejja li diġà marru tajjeb fix-xhur li għaddew –  u għalhekk qed ibassru li se jkomplu jżidu l-ħaddiema fix-xhur li ġejjin.

Fil-qasam tar-retail ħafna operaturi qed jistennew żieda fil-bejgħ u għalhekk se jżidu l-impjiegi, filwaqt li fl-industrija ħafna fabbriki qed ibassru titjib fil-produzzjoni u għalhekk żieda fil-ħaddiema hekk kif diġà għandhom ordnijiet b’lura għal tliet xhur.

Fil-qasam tal-kostruzzjoni, skont l-operaturi, kien hemm żieda qawwija fl-attività u għalhekk se jfittxu li jħaddmu aktar nies hekk kif diġà għandhom xogħol b’lura għal seba’ xhur.

Fost il-familji Maltin ġie osservat l-ogħla livell ta’ ottimiżmu mindu l-Kummissjoni Ewropea bdiet tagħmel dan l-istħarriġ xahar wara xahar fl-2002. Fil-fatt, il-familji f’pajjiżna baqgħu fost il-ftit fl-Ewropa li qed jgħidu li l-qagħda finanzjarja tagħhom se titjieb.

Il-familji qed iħossu li l-ekonomija kibret, tant li qed jistennew li l-qgħad se jkompli jonqos. Filwaqt li madwar l-Unjoni Ewropea jeżisti pessimiżmu fost il-konsumaturi, f’Malta hawn l-ogħla proporzjon ta’ nies li bħalissa qegħdin f’pożizzjoni li jagħmlu akkwisti relattivament kbar bis-saħħa tal-qagħda finanzjarja tagħhom.

Ir-riżultati tal-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea juru kemm jeżisti sens qawwi ta’ ottimiżmu bla preċedent fost il-familji u n-negozji f’pajjiżna. Dan jirrifletti l-fiduċja kbira li jgawdi l-programm ta’ ħidma tal-Gvern fis-settur ekonomiku, minkejja n-negattiviżmu tal-Oppożizzjoni u tal-kampanja distruttiva li qed tagħmel biex tipprova tnaffar l-investiment minn pajjiżna.

Il-Gvern jinsab determinat li fix-xhur li ġejjin ikompli jpoġġi lil pajjiżna fuq sisien sodi għall-futur.

L-aqwa livell ta’ ottimiżmu fost il-pajjiżi taż-żona ewro

L-indiċi tas-sentiment ekonomiku f’Settembru laħaq l-livell ta’ 118, li huwa 30% ogħla mil-livell li kien hemm fl-istess xahar tal-aħħar sena qabel il-bidla fil-Gvern. Stħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea, li sar fost 1,500 kumpanija u 1,000 familja, juri li f’Malta hawn l-ogħla livell ta’ ottimiżmu osservat fost il-pajjiżi kollha fiż-żona ewro.

Dan huwa wkoll l-ogħla livell ta’ ottimiżmu qatt osservat f’dan ix-xahar mindu beda isir l-istħarriġ fl-2002.Aqra aktar

L-OTTIMIŻMU F’MALTA BAQA’ JIŻDIED

 Fir-Rebbiegħa, minkejja kampanja elettorali mimlija negattività minn naħa tal-Oppożizzjoni, il-Maltin ħassewhom iktar ottimisti bir-riżultati li qed jikseb pajjiżna.

Statistika turi kif 86% tal-Maltin qalu li l-ekonomija ta’ Malta sejra tajjeb. Ħamsa fil-mija iżjed minn dak li kienu wieġbu fil-ħarifa li għaddiet.

Dan jikkuntrasta bil-kbir mal-medja ewropea ta’ sitta u erbgħin fil-mija. Aqra aktar

Ottimiżmu li reġa’ kiber

• IL-GVERN JIBQA’ JGAWDI FIDUĊJA QAWWIJA

• IL-MALTIN IĦOSSU LI L-EKONOMIJA TAL-PAJJIŻ U TAGĦHOM SEJRA TAJJEB

• JEMMNU LI SAĦANSITRA SE TITJIEB

Fir-rebbiegħa, f ’mument ta’ kampanja elettorali, u negattiviżmu kbir mill-Oppożizzjoni f ’pajjiżna l-Maltin ħassewhom iktar ottimisti bir-riżultati li qed jikseb pajjiż- na. Tant li 86% tal-Maltin qalu li l-ekonomija ta’ Malta sejra tajjeb. 5% iktar minn kemm qalu li l-ekonomija sejra tajjeb fil-ħarifa. Dan jikkuntrasta bil-kbir mal-medja Ewropea ta’ 46% fil-mija. Meta mistoqsija kif jevalwaw il-qagħda finanzjarja fid-dar tagħhom, 87% tal-Maltin qalu li hi waħda tajba u mistoqsija dwar is-sitwazzjoni fuq ix-xogħol, 62% qalu li tajba.

Aqra aktar

Wara l-elezzjoni l-akbar livell ta’ ottimiżmu fost il-familji f’pajjiżna

F’Ġunju l-livell ta’ ottimiżmu fost il-familji f’pajjiżna laħaq l-ogħla rata qatt osservata.

Dan joħroġ mill-istħarriġ li l-Kummisjoni Ewropea ilha tagħmel f’pajjiżna kull xahar minn Jannar 2003.

Filwaqt li ħames snin ilu l-istħarriġ tal-Kummisjoni kien juri livell ta’ pessimizmu qawwi fost il-familji, issa għandna t-tieni l-aqwa rata fiż-Żona Ewro.

Aqra aktar

Pajjiżna bl-ogħla livell ta’ ottimiżmu fost il-pajjiżi kollha tal-UE

  • Pajjiżna bl-ogħla livell ta’ ottimiżmu minn Marzu 2013 s’issa

L-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea fost azjendi u konsumaturi Maltin juri li l-indiċi tas-sentiment ekonomiku fi Frar laħaq l-ogħla livell osservat f’pajjiżna mill-bidla fl-amministrazzjoni f’Marzu 2013. Fil-livell ta’ 115, jew 25% aktar mill-istess xahar fl-aħħar sena tal-amministrazzjoni preċedenti, dan hu wkoll l-ogħla livell ta’ ottimiżmu osservat fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

Ottimiżmu favur l-għaqda ta’ Ċipru

Il-mexxejja politici Ċiprijotti qed jiltaqghu f’Ġinevra ghal tahdidiet immexxija min-Nazzjonijiet Maghquda.

Dan bil-għan li dan il-pajjiż li ilu maqsum għal diversi snin bejn iċ-Ċiprijotti Griegi u ċ-Ċiprijotti Torok jingħaqad darba għal dejjem.

Aqra aktar

Send this to a friend