oppożizzjoni | One News

Notifiki

Il-PM ixejjen il-kalkoli tal-Oppożizzjoni dwar it-tħaddim tal-power station

Il-Prim Ministru Joseph Muscat xejjen il-kalkoli żbaljati li ħarġet bihom l-Oppożizzjoni Nazzjonalista dwar it-tħaddem tal-power station il-ġdida.

Mistoqsi mill-ġurnalisti dwar l-investigazzjoni tal-Awdituri Ġenerali fuq il-power station il-ġdida, Dr Muscat innota l-iżablji li qed tagħmel l-Oppożizzjoni fil-kalkoli li ħarġet bihom.Aqra aktar

Filmat: L-Oppożizzjoni tkompli tqarraq

Meta kien qed jindirizza attività politika fil-Gżira, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem ukoll dwar il-mod kif l-Oppożizzjoni qed tqarraq fir-reazzjoni tagħha għal budget.

Spjega kif l-Oppożizzjoni pruvat tagħti l-impressjoni li dawk bil-paga minima se jieħdu biss iż-żieda tal-għoli tal-ħajja, li kif stabbilita bi qbil bejn l-imsieħba soċjali hi ta’ €2.33.

Filwaqt li fakkar li ħadd m’hu se jagħmel iżjed minn sena bil-paga minima, il-Prim Ministru qal li dawk li jaqilgħu l-inqas se jieħdu iżjed minn sempliċiment iż-żieda fil-għoli tal-ħajja. Aqra aktar

Muscat: L-Oppożizzjoni ngħaqdet wara Simon Busuttil

Waqt l-intervista fuq ONE, mitlub jikkummenta dwar il-fatt li l-Maltin għadhom jitkellmu fuq Egrant Joseph Muscat qal li l-ġimgħa li għaddiet tenna li jittiama li l-oppożizzjoni tingħaqad. “Hu l-oppożizzjoni ingħaqdet wara Simon Busuttil. Huwa ċar li l-Kap tal-Oppożizzjoni de facto huwa Simon Busuttil. L-oppożizzjoni għamlu għażla li jappoġġjaw lil Simon Busuttl f’dak li jagħmel u jaqblu li ma jerfax ir-responsabbiltà. Bħala fatt Adrian Delia u l-PN għamlu l-gidba tal-Egrant tagħhom,” insista Joseph Muscat.

Aqra aktar

Kriżi fil-PN: Laqgħat sa tard bil-lejl fid-dar ċentrali

Waqt li l-fazzjoni tal-eks kap nazzjonalista Simon busuttil jinsabu għaddejjin b’laqgħat f’uffiċini fil-Belt biex itajru lil Adrian Delia minn Kap tal-Partit Nazzjonalista, Delia qed ikollu jlaqqa’ n-nies tiegħu tard bil-lejl għax kull manuvra fl-uffiċċju tiegħu qed tasal għand l-ex kap Simon Busuttil.

Tard it-Tlieta filgħaxija, ONE News mar quddiem id-Dar Ċentrali fejn segwa l-paniku li ħakem lit-tmexxija f’Tal-Pietà.

Aqra aktar

ARA: Il-liġi tal-IVF approvata mill-istadju ta’ kumitat – l-oppożizzjoni tivvota kontra emenda tagħha stess

Il-liġi tal-IVF ġiet approvata mill-istadju ta’ kumitat parlamentari. Il-Ministru Chris Fearne qal li dan huwa pass importanti li jissapportja ħajjiet ġodda.

Fl-istess waqt, il-Membru Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi saħaq li membri tal-Opożizzjoni ivvutaw kontra l-proposta biex iseħħ dan il-progress li ppreżenta Chris Fearne. Proposta li wara kollox kienet imresqa minn membru tal-oppożizzjoni stess.

Delia ħadem għal sussidjarja ta’ Electrogas

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, ħadem għall-kumpanija Electrogas permezz tad-ditta tiegħu Aequitas Trust and Fiduciary Services Ltd.

Din hi waħda mill-kumpaniji li għadu msieħeb fiha sa issa u The Malta Independent irrapportat kif Delia’s legal firm handled bond issue for subsidiary of Electrogas partner company. The Malta Independent irrapporta iktar minn hekk. Saħansitra qalet li internament fil-Partit Nazzjonalista qed jiffaċja kritika li huwa għalhekk li qatt ma tkellem dwar il-proġett tal-impjant tal-gass f’Dellimara.

Dan hu wieħed mill-iktar proġetti li oppona l-eks Kap Simon Busuttil. Iżda, investigazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea sabu li l-allegazzjonijiet ta’ Busuttil ma kinux minnhom. Dan mhu jneħħi xejn mill-attakk intern fuq Adrian Delia fejn qed jgħidulu li ma jsemmix Socar jew Azerbaijan proprju għax id-ditta tiegħu ħadmet għal Gasol li hi parti mill-konsorzju Electrogas. L-akkuża hi ċara. Dik li għandu kunflitt ta’ interess.

The Malta Independent tgħid li d-ditta ta’ Delia kienet involuta f’sejħa ta’ bonds li tlaħħaq it-€23 miljun għal Gasol. Dan biex isir investiment fl-Afrika. Dan kollu kien għadu għaddej sal-2015. The Malta Independent qalu li dan kollu beda fuq twitter permezz ta’ allegazzjonijiet anonimi, iżda mbagħad ikkonfermaw billi raw id-dokumenti. Fost l-ewwel li rreaġixxew għal din l-aħbar kien hemm id-deputat Marlene Farrugia li qalet li Delia għandu jirriżenja.

L-ogħla livell ta’ ottimiżmu ekonomiku qatt reġistrat fost il-familji f’pajjiżna

Stħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea li sar fost 1,500 kumpanija u 1,000 familja fl-ewwel ġimagħtejn ta’ Jannar juri li f’Malta hawn l-ogħla livell ta’ ottimiżmu fost il-pajjiżi kollha taż-żona ewro. Imqabbel mal-istess xahar fl-aħħar sena qabel il-bidla fil-gvern fl-2013, l-ottimiżmu hu 27% ogħla.

L-akbar ottimiżmu kompla jispikka fost l-operaturi fis-settur tas-servizzi li jinkludu kumpaniji fis-settur finanzjarju u f’tal-gaming. Dawn għandhom livell ta’ kunfidenza d-doppju tal-medja Ewropea.

Filwaqt li l-Oppożizzjoni tgħid li hawn inċertezza f’dawn l-oqsma, mal-Kummissjoni Ewropea dawn in-negozji qalu eżatt l-oppost. Ħafna operaturi fil-qasam tas-servizzi sostnew li għandhom aspettattivi aħjar għax-xhur li ġejjin – minkejja li diġà marru tajjeb fix-xhur li għaddew –  u għalhekk qed ibassru li se jkomplu jżidu l-ħaddiema fix-xhur li ġejjin.

Fil-qasam tar-retail ħafna operaturi qed jistennew żieda fil-bejgħ u għalhekk se jżidu l-impjiegi, filwaqt li fl-industrija ħafna fabbriki qed ibassru titjib fil-produzzjoni u għalhekk żieda fil-ħaddiema hekk kif diġà għandhom ordnijiet b’lura għal tliet xhur.

Fil-qasam tal-kostruzzjoni, skont l-operaturi, kien hemm żieda qawwija fl-attività u għalhekk se jfittxu li jħaddmu aktar nies hekk kif diġà għandhom xogħol b’lura għal seba’ xhur.

Fost il-familji Maltin ġie osservat l-ogħla livell ta’ ottimiżmu mindu l-Kummissjoni Ewropea bdiet tagħmel dan l-istħarriġ xahar wara xahar fl-2002. Fil-fatt, il-familji f’pajjiżna baqgħu fost il-ftit fl-Ewropa li qed jgħidu li l-qagħda finanzjarja tagħhom se titjieb.

Il-familji qed iħossu li l-ekonomija kibret, tant li qed jistennew li l-qgħad se jkompli jonqos. Filwaqt li madwar l-Unjoni Ewropea jeżisti pessimiżmu fost il-konsumaturi, f’Malta hawn l-ogħla proporzjon ta’ nies li bħalissa qegħdin f’pożizzjoni li jagħmlu akkwisti relattivament kbar bis-saħħa tal-qagħda finanzjarja tagħhom.

Ir-riżultati tal-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea juru kemm jeżisti sens qawwi ta’ ottimiżmu bla preċedent fost il-familji u n-negozji f’pajjiżna. Dan jirrifletti l-fiduċja kbira li jgawdi l-programm ta’ ħidma tal-Gvern fis-settur ekonomiku, minkejja n-negattiviżmu tal-Oppożizzjoni u tal-kampanja distruttiva li qed tagħmel biex tipprova tnaffar l-investiment minn pajjiżna.

Il-Gvern jinsab determinat li fix-xhur li ġejjin ikompli jpoġġi lil pajjiżna fuq sisien sodi għall-futur.

L-Oppożizzjoni tikkonferma kemm hi bla pjan

 

Fl-ewwel okkażjoni li kellu fil-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra, il-Gvern offra biex isir dibattitu dwar it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet nhar it-Tnejn li ġej. Dan fid-dawl tat-talba tal-Oppożizzjoni t-Tnejn li għadda biex titwaqqaf seduta diġà skedata.Aqra aktar

Send this to a friend