online – One News

Notifiki

L-aqwa fl-Ewropa anke online

Malta żammet l-ewwel post fost il-bqija tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea fl-egovernment, jiġifieri dawk is-servizzi governattivi online li l-gvern joffri liċ-ċittadini u lin-negozji.

Dan ikkonfermatu l-Kummissjoni Ewropea fil-pubblikazzjoni eGovernment Benchmark għal din is-sena.Aqra aktar

L-Ispeaker iwieġeb ilmenti dwar petizzjoni online

Fi stqarrija uffiċjali mill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia intqal li saret referenza għall-ilmenti li dehru fuq is-social media u fil-ġurnali online permezz ta’ iffirmar ta’ petizzjoni favur il-protezzjoni tal-embrijun li bħalissa tinsab miftuħa għall-firem fuq is-sit elettroniku tal-Parlament.

Aqra aktar

L-GĦADD TAL-VOTI ONLINE MILL-2019

L-għadd tal-voti għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli lokali fl-elfejn u dsatax ser isir b’mod elettroniku.

Dettalji dwar dan il-proċess ingħata mill-Kummissjoni Elettorali waqt il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta’ Abbozzi ta’ Liġijiet.

Aqra aktar

Miriam Dalli titkellem dwar kif nipproteġu lit-tfal online

 

‘L-iStati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea għandhom jaddottaw politika proattiva fil-ġlieda kontra l-abbuż online tal-minuri biex nipprevenu milli ssir il-ħsara.’ Qalet dan l-MEP Maltija Miriam Dalli waqt laqgħa li organizzat ma’ l-istakeholders lokali li jiġġieldu dan l-abbuż, fosthom l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat–Tfal, l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Kommunizjoni (MCA), rappreżentanti tas-Cyber Crime fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, u l-Aġenzija Appoġġ.

Il-laqgħa saret ġewwa l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal u saret bħala parti minn konsultazzjoni wiesgħa li Miriam Dalli qed tagħmel ma’ stakeholders Maltin u barranin qabel tippreżenta proposti u emendi lill-Parlament Ewropew, fuq ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tad-direttiva li permezz tagħha jiġi miġġieled l-abbuż u l-esplojtazzjoni sesswali tat-tfal onlajn. Miriam Dalli hi l-kelliema ewlenija tas-Soċjalisti u Demokratiċi fuq dan ir-rapport li qiegħed quddiem il-kumitat tal-Libertajiet Ċivili. Ir-rapport se jkollu wkoll opinjonijiet minn kumitati oħra.

Aqra aktar

Issa tista’ tħallas multa tal-Qorti online

B’effett immedjat, persuna m’għandhiex għalfejn tmur fiżikament fil-bini tal-Qorti biex thallas multa li tkun ingħatat minn xi Imħallef jew Maġistrat iżda tista’ tagħmel hekk online billi, permezz ta’ e-ID, tidħol fil-link https://justice.gov.mt/onlineservices.

Dan se jwassal biex persuna tkun tista’ tħallas multa mill-kumdità ta’ darha jew mill-post tax-xogħol tagħha.  Il-vantaġġi huma kbar, speċjalment meta wieħed iqis li ħafna multi li jingħataw mill-Qorti jingħataw bil-benefiċċju li dawn ikunu jistgħu jitħallsu ratealment, jiġifieri maqsumin fuq numru ta’ xhur.

Aqra aktar

Nasba online taqbad ħafna Maltin

Il-ħidma tal-Pulizija Maltija fil-ġlieda kontra il-kriminalità diġitali ħadet żvolta oħra permezz ta’ sħubija fi proġett imsejjaħ “NoMoreRansom”.  Il-ħsieb wara dan il-proġett huwa li jiġi indirizzat b’mod aħjar ir-ransomware.  Ir-ransomware huwa tip ta’ programm malizzjuż li jżomm persuni li jkollhom il-kompjuter tagħhom infettat milli jaċċessaw id-dokumenti tagħhom stess.  Anke f’Malta, huma diversi l-individwi u l-entitajiet li ġew affettwati minn programmi malizzjużi ta’ dan it-tip.

Aqra aktar

Send this to a friend