one breakfast | One News

Notifiki

Lanqas temmen x’kien l-aktar rigal popolari dan il-Milied…

Għalkemm għadu ftit kmieni, l-indikazzjonijiet huma li reġgħu kienu festi tajbin u s-sena li għaddiet bħala sena sħiħa kienet sena tajba għan-negozji Maltin u Għawdxin.

Il-Ġimgħa filgħodu waqt il-programm ONE Breakfast il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandiera u s-Sidien tar-Ristoranti qal li dawn il-festi raw aktar Maltin jonfqu iżjed.Aqra aktar

ARA: Jgħajjex lill-familtu bl-imħabba għall-forn

Dalgħodu s-segwaċi ta’ ONE Breakfast qamu b’togħma tajba ta’ ħobż kif inħobbuh aħna l-Maltin meta sħabna ta’ ONE Breakfast laqqgħuhom ma’ Joe Hili, wieħed mill-iktar furnara esperjenzati li hemm Ħal Qormi.

Biswit forn tal-ħatab tipiku Malti, Hili qasam magħna jum tipiku tiegħu bħala furnar.

Aqra aktar

Sir af lil Elaine u Wayne

L-avukat Elaine Degiorgio u Wayne Sammut se jibdew ikunu mat-telespettaturi ta’ ONE mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

Iżda, min huma Elaine u Wayne? Iwieġbu huma għaxar t’ijiem qabel jibdew iwasslu l-ewwel diskussjoni u aħbarijiet fuq ONE ta’ kuljum.

Dettalji dwar iċ-ċentru ta’ distribuzzjoni li se joħloq aktar impjiegi f’Malta

Il-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks bi ftehim ma’ LIDL se jkunu qed jistabilixxu f’pajjiżna International Regional Distribution Center. Investiment li fost oħrajn se jkun qed iżid l-impjiegi. Fuq ONE BREAKFAST, il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, Mario Galea, ta aktar dettalji dwar dan l-investiment il-ġdid u fost oħrajn spjega x’attira l-investituri lejn pajjiżna.

Aqra aktar

900 persuna kuljum għall-mediċina mid-Detox

Iċ-ċentru tad-Detox, iffrekwentat mill-vittmi ta’ droga li jkunu qed jipprovaw jieħdu kura mill-vizzju, jilqa’ madwar tnax –il persuna ġdida fix-xahar.

Ta dawn id-dettalji t-tabib Moses Camilleri meta kien qed jieħu sehem fil-programm ONE NEWS BREAKFAST.

Aqra aktar

“Ninsab kuntenta mmens u bħala ċittadini Maltin, hemm għalfejn inkunu kburin”

OneNewsBreakfast illum stieden persuna transsesswali, li tkellmet dwar l-esperjenza personali tagħha. Dan fid-dawl tad-deċiżjoni li ttieħdet ilbieraħ biex persuni jkunu jistgħu jimmarkaw X fuq il-karta tal-identità.

Reb Sciberras qalet li fid-dinja hemm tendenza li wieħed jara kollox jew iswed jew abjad, u s-soċjetà titlob li wieħed jikkategorizza ruħu f’waħda mill-kaxxi maħluqa mis-soċjetà. Id-deċiżjoni dwar nies non-binary hija pożittiva ħafna għal Reb. Qalet li tinsab kuntena mmens u bħala ċittadini Maltin, hemm għalfejn inkunu kburin. Il-Maltin, qalet Reb, qed jgħaddu messaġġ li wieħed jista’ jgħix mal-ieħor mingħajr wisq preġudizzji.

Aqra aktar

Send this to a friend